Il-Viċi kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li l-mozzjoni minn naħa tal-Oppożizjoni mhix waħda negattiva kif qed jipprova jpenġiha l-Partit Laburista minħabba li din hi mozzjoni li se tipproponi li jibqgħu l-elezzjonijiet tal-hamlets u bil-kontra ta’ dak li nkiteb fil-legal notice.
Huwa qal li l-problema hi li flok insaħħu liċ-ċittadini tagħna, issa se jkollna s-Sindku li waħdu jiddeċidu min se jmexxi żoni tal-hamlets. Agius qal li l-argumenti li tressqu mid-deputati Laburista Muscat u Bartolo jikkonfermaw il-ħtieġa li l-hamlets jissaħħu biex jinħolqu hamlets fil-Bidnija u l-Manikata u mhux jitneħħew għal kollox.
Agius qal li l-Gvern ma għandux il-valur tas-sussidjarjeta’u fejn l-affarijiet jibdew ġejjin kontrih, jibda jieħu l-poter lura f’idejh. Agius qal li l-vot 16 tah il-Partit Nazzjonalista iżda b’mod konvenjenti l-Gvern warrab din il-mozzjoni biex jidher sabiħ maż-żagħżagħ il-gvern.
//= $special ?>