L-Isptar Mater Dei għaddej bil-preparamenti sabiex fis-sigħat li ġejjin jibda jilqa’ l-ewwel Libjani li sfaw feruti fil-kunflitt. Sorsi mill-qalba tal-isptar ikkonfermawlna li l-amministrazzjoni diġa’ illiberat il-Major Incident Unit (MIU) sabiex fih jitpoġġew dawn il-Libjani.
L-ajruplan li se jġorr li dawn il-Libjani jinsab diġa’ fil-mitjar in-naħa ta’ ta’ Ħal Safi – ajruplan tat-tip Hercules c130.

Fl-aħħar 24 siegħa, il-Kap tal-Politika Barranija tal-UE Federica Mogherini appellat sabiex b’mod immedjat jiġi ordnat waqfien mill-ġlied fi Tripli sabiex ikunu jistgħu jinħarġu n-nies feruti.
Il-komunita’ internazzjonali tinsab imħassba li s-sitwazzjoni fil-Libja tista’ tkompli teskala.
Il-ġlied fi Tripli tant ħrax li t-Tnejn intużaw anke ajruplani tal-gwerra li sparaw missili (ritratt) lejn l-ajruport ta’ Mitiga.
//= $special ?>