Futbol Sport

Ġest nobbli mill-plejer Taljan Antonio Candreva

Ġest nobbli mill-plejer Taljan ta’ Inter Antonio Candreva hekk kif ħa deċiżjoni li għal sena sħiħa jħallas ikla ta’ tifla li ġejja minn familja fqira ta’ immigranti. Din it-tifla tiekol biss it-tonn taż-żejt u l-crackers minflok l-ikla normali għall-iskola.

Rapporti fil-media Taljana rrappurtaw li t-tifla nfaqgħet tibki meta ngħatat l-ikla fi skola primarja qrib Verona. Is-Sindku ta’ Minerbe Andrea Girardi qal li dan il-ġest kien korrett lejn il-familji li jħallsu l-miżata tal-canteen regolarment.

L-istorja ħadet il-popolarità fuq il-media soċjali Taljana u sar magħruf li tfal oħra minn familji foqra ta’ immigranti, għandhom sitwazzjoni simili fl-iskejjel. Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, l-għalliema taw l-ikla tagħhom lit-tfal li l-ġenituri tagħhom ma jistgħux iħallsu l-miżata tal-canteen.

Tags