L-istaġun tal-kaċċa tar-Rebbiegħa għas-summien jibda l-Erbgħa 10 ta’ April u jagħalaq it-Tlieta 30 ta’ April.
Il-kaċċa permessa bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u nofsinhar fil-ġranet kollha ta’ l-istaġun.
Kaċċaturi San Ubertu (KSU) fi stqarrija awguraw staġun tajjeb lil kaċċaturi kollha u jfakkru dwar l-obbligu li jiġu osservati l-liġijiet tal-kaċċa u dak tar-rappurtaġġ tal-qbid kif rikjest mir-regolamenti tad-deroga.
Il-KSU ħadet din l-opportunita biex tirringrazzja lil awtoritajiet li aċċettaw il proposta tal-KSU li qabel jitneħħa l-moratorju fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa tal-gamiem isiru negozjati mal-Kumissjoni Ewropea.
Għalhekk f’dan ir-rigward il-KSU irringrazzjat lil Kumitat ORNIS għal pass risponsabbli tagħhom fejn riskji f’dan l-stadju ma’ ġewx irrakkomandati. Il-KSU tinforma li l-kaċċa tal-gamiema taħt il-klassifikazzjoni prezenti ta’ Vulnerabbli hija permessa skond il-Pjan ta’ Azzjoni tal- gamiema 2018-2028 ta’ l-UE stess.
L-KSU tfakkar fil “kaz partikolari tal-kaċċa tal-gamiem f’ Malta” kif innotat il Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, tibqa taħdem biex jitneħħa l-moratorju fuq il-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa u toffri l-għajnuna tagħha lil-awtoritajiet ikkonċernati.
//= $special ?>