Il-bastiment Alan Kurdi, li fuqu hemm aktar minn 60 immigrant li ġew salvati l-ġimgħa li għaddiet, qatta’ lejl ieħor bejn sema u ilma ‘l barra mill-kosta Maltija.
L-ekwipaġġ abbord qed jgħidu li l-ilma u l-ikel issa skarsaw sew. Fil-fatt, huma qed jistennew li jersqu eqreb lejn Malta sabiex jingħataw provvisti għall-persuni abbord.
Il-Kap tal-bastiment, Jan Ribbeck, qed jgħid illi l-awtoritajiet Maltin ilbieraħ irrifjutaw li l-vapur jidħol Malta. L-istess qed tagħmel l-Italja.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilu ġranet sħaħ sieket dwar din il-kriżi umanitarja.
//= $special ?>