Kultura Lokali

Il-Wirja ‘Crucifixio Salvatoris’ f’Ħaż-Żabbar

Għal sena oħra, Ryan Stivala qiegħed itella’ wirja ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira bl-isem ‘Crucifixio Salvatoris’ f’Ħaż-Żabbar.

F’din il-wirja se jkun hemm esebiti sett vari tal-artist Joseph Cutajar Zahra, sepulkru fil-minjatura u bosta xogħlijiet oriġinali oħra.

Il-wirja se tkun miftuħa mill-11 sal-20 ta’ April ġewwa 33, “Sagra Familja”, Triq Ġ. Agius Muscat, Ħaż-Żabbar. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mis-6pm sal-10pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u Sibtijiet u Ħdud mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sal-10pm. Nhar Ħamis ix-Xirka il-wirja tkun miftuħa mis-6pm sal-11pm u nhar il-Ġimgħa l-Kbira mid-9am sas-1pm.

Kulħadd huwa mistieden jattendi, dħul mingħajr ħlas.