Tlieta minn ħdax-il pazjent li ngħataw tilqima kontra l-kanċer fiequ għal kollox.
Dan hekk kif dan il-vaċċin, li preżentament jinsab fi stat esperimentali, ingħata lil dawn il-pazjenti li kienu djanjostikati li kellhom kanċer fil-limfoma. L-għan ta’ din it-tilqima huwa li jsaħħaħ lis-sistema immuni sabiex tegħleb liċ-ċelloli tal-kanċer.
Ir-riċerkaturi fl-Isptar Mount Sinai, f’New York, iddeskrivew it-testijiet bħala suċċess bla ebda preċedent – li joffri tama lil bosta.
Madanakollu insistew li għalkemm it-trattament qed jiġi msejjaħ vaċċin – dan żgur li ma jipprevenix il-kanċer – iżda minflok ‘jgħallem’ lis-sistema immuni kif tafronta lill-marda qerrieda.
Skont ir-riċerkaturi din it-tilqima, flimkien ma’ mediċina oħra, taf tkun effettiva tlett darbiet aktar mill-mediċina li nużaw bħalissa. Huma saħqu li jinsabu ottimisti ferm fit-trattament għal kontra l-kanċer.
Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu qed isiru diversi esperimenti fuq il-kanċer tal-fwied u dak ovarju.
//= $special ?>