Meta kien qed jitkellem dwar il-hamlets, li b’daqqa ta’ pinna l-Gvern irid ineħħilhom id-dritt tal-poter, Chris Said qal li l-Gvern qed jgħid li l-Kumitati Amminstrattivi ma ħadmux u għalhekk l-elezzjoni tagħhom se tkun posposta. Tant kemm ma ħadmux li Santa Luċia f’Għawdex rebaħ il-premju ta’ “European Destination of Excellence”.
Chris Said qal li qed iħejji s-sooda biex ineħħi l-hamlets u għalhekk il-posponiment. Huwa ċar li għandu jkun hemm kumitati amminstrattivi. L-ewwel 16 kienu ġew identifikati b’avviz legali, b’abbozz li għandna quddiemna qed jiġu posposti. Imma l-Gvern qed jaħseb minn issa biex ineħħu l-elezzjonijiet biex sussegwentement jitneħħew għal kollox.
Said qal li dak li qed issir issa agħar mill-aħħar darba għax il-Minsitru kien ġie fil-Parlament biex jipposponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, din id-darba ġie biex ineħħihom.
Dawn 18,000 persuna li kellhom id-dritt li jeleġu ħames persuni biex jaħdmu għalihom. Issa dan l-Avviz Legali, li għandu l-ħsieb li jipposponi, ovvja biex jsir permanenti, dwar is-suppost riforma kbira fil-Kunsilli Lokali.
Qed naraw dan kollu jsir meta suppost qed isir f’għeluq il-25 sena, qegħdin naħsbu biex insaħħuhom. Xi ħaġa mibnija fuq il-kunċett tas-susidarjeta’, din qed tidgħajjef.
Ma hemm l-ebda dubju li l-Partit Soċjalista dejjem kien kontra l-Kunsilli Lokali. 25 sena ilu meta twaqqfu, l-mod kif kien jitkellem, jekk wieħed imur jara d-debates, ċertu argumenti jbellħuk.
Il-kelliem qal li anke il-Prim Ministru Muscat ipprova jġebbed fuq din. Qal li l-PN jemmen li deċizjonijiet għandhom jittieħdu aktar eqreb lejn iċ-ċittadin, anke jekk ikunu 500 u b’100, dawn għandu jkollhom id-dritt tagħhom.
Said qal li l-Gvern sab l-“Easy way out” 18, 000 votant u 30,000 ruħ li jgħixu hemm, se jispiċċalhom dan id-dritt. Qal li hu kburi li daħħalhom u s-Segretarju Parlamentari Parnis se jkollu l-unur li neħħihom, grazzi wkoll għall- Gvern tiegħu.
10 snin ilu ġejna biex niddiskutu biex insaħħuhom u smajna l-karba ta’ postijiet bħal Baħar iċ-Ċagħaq, ix-Xlendi, Marsafiorn, Baħrija u Tal-Virtu fost oħrajn, u wellidnhimon.
Ħadmu fuq ir-rubini le, imma li qed nagħmlu llum, flok qed nagħtu xi poter ġdid qed inneħuhom. Tenna li dak li qal id-Deputat Alex Muscat li vvutaw ftit minnhom ma jreġix. Il-persentaġġi ma jreġux għax kien hemm minnhom fejn ma saritx elezzjoni għax kienu kandidati bl-eżatt.
U kienu bl-eżatt għax kien hemm numru li lanqas biex ħarġu, għax tal-Labour ma ħariġhomx, fejn ma ndejnax ruħu biex jimboota n-nies il-quddiem.
Tenna li alla ħares barra minn Malta jirranġunaw bl-istess mod fuq it-turnout. Aħna wkoll ingorru meta fil-kunsilli joħorġu 60 fil-mija jivvutaw mqabbla mad-90 jew 95 fil-mija f’elezzjoni ġenerali.
Tkellem dwar Baħar iċ-Ċagħaq li ħadu ħsieb li jibnu playing field, pjazza u għamlu ħafna xogħol. Tkellem dwar il-Madliena fuq it-toroq kollha li għamlu biex wieħed ma jsemmiex lil Santa Luċia.
Said qal li l-Kumitati Amministrattivi ħallew l-effett tagħhom. Kien hemm fil-bidu dawk li sabu difikkulta, mhux kulħadd jieħu pjaċir jitlaq il-poter minn idejh. Hawn Ministri u Segretarji Parlamentari li jiddejjqu, u hawn Sindki wkoll.
Qal li iva hawn min għamel il-bsaten fir-roti. Ġejna hawn u għax kien hemm problemi allura nneħħuhom. In-naħa tal-Gvern qalu li kien hemm min ma daħalx fis-sistema tal-hamlets, fuq lokalitajiet oħra.
Allura messna ġejn hawn u l-hamlets minn 16 inċiduhom u mela naqgħlhom rashom? Dak li sar huwa ta’ disrispetrt lejn il-volunitera li ħadmu bil-qalb. Qal li mur għidilhom lil tal- Madliena, Santa Luċia u Baħar iċ-Ċagħaq. Dan kollu qed jiġri għax il-Gvern ma jemminx fid-devoluzzjoni tal-poter u s-sussidarjeta’. Huwa sellem lil dawk li taw is-sehem tagħhom fil-hamlets bil-PN dejjem se jibqgħu warajhom.
//= $special ?>