Sport Sport Ieħor

Sliema Kavallieri Volleyball Club jirbħu l-Fr Tony Parnis Cup

Sliema Kavallieri Volleyball Club rebħu l-Fr Tony Parnis Cup meta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rebħu t-tieni logħba minn daqstant partiti fil-finali tan-nisa kontra Falcons Volleyball Club. Is-Slimiżi rebħu ż-żewġ logħbiet bi skor identiku ta’ 3-1. Biex waslu sa hawn, Sliema l-ewwel għelbu lil Mġarr u fis-semifinali rebħu wkoll lil Balzan Flyers 3-2 wara li kienu 2-0 minn taħt.

Dan kien it-tieni trofew fl-istorja tal-klabb li ilu mwaqqaf biss mill-2015. Fl-ewwel staġun tal-klabb, Sliema rnexxielhom jikklassifikaw fit-tieni post fil-kampjonat biex is-sena ta’ wara rebħu l-kampjonat u ġew promossi għas-Super League. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva waslu sal-finali tas-Super Cup.