Wara li Stefano Pioli ħabbar li rriżenja minn kowċ ta’ Fiorentina aktar kmieni llum, il-klabb minn Firenza ħaseb għal sostitut immedjat hekk kif Vincenzo Montella mistenni jinħatar kowċ tat-tim. B’hekk għandha tkun skartata l-possibbiltà li l-kowċ tal-primavera Emiliano Bigica jieħu t-tmexxija sat-tmiem l-istaġun.
Jekk din l-aħbar issir uffiċjali, ikun ritorn għal Montella li kien kowċ ta’ Fiorentina bejn l-2012 u l-2015. It-tmexxija tal-Viola trid tibda ċiklu mill-ewwel biex issir il-bażi għall-istaġun li jmiss u Montella mistenni jegħleb il-konkorrenza ta’ Roberto Donadoni. L-eks kowċ ta’ Milan u Sevilla fost l-oħrajn mistenni jiffirma kuntratt sal-2020 u għandu jkun Firenze għada biex imexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.
Pioli rriżenja madwar 48 siegħa wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Frosinone. Huma niżlu fl-10 post fil-kampjonat u rebħu biss logħba mill-aħħar 11 fil-kompetizzjonijiet kollha. Pioli kienu ilu kowċ ta’ Fiorentina għal 22 xahar.
//= $special ?>