23 NGO ingħaqdu flimkien sabiex jesperimu d-dieqa tagħhom għal qtil ta’ Lassibe Souleymane, l-Ivorjan li nqatel fi sparatura f’Ħal Far fi tmiem il-ġimgħa.
Huma saħqu li kien x’kien il-mottiv wara dan l-aġir m’affettwax biss il-persuni involuti direttament, iżda qanqal ukoll biżà fost il-komunità tal-immigranti, sens ta’ iżolament u nuqqas ta’ sigurtà.
Aktar importanti minn hekk dan l-omiċidju affettwa b’mod partikolari lill-poplu Malti. Huma appellaw lill-Awtoritajiet Maltin sabiex jikkundannaw dawn l-atti ta’ vjolenza, hekk kif jekk joħroġ fil-beraħ li dan l-inċident kien wieħed ta’ motivazzjoni razzista – il-pajjiż ser ikollu jħabbat wiċċu mhux biss ma’ l-att ta’ vjolenza nnifsu iżda ma’ każ li prova jnibbet il-biża’ fis-soċjetà.
L-NGOs sostnew li huma qed jistennew li l-Pulizija tixħet l-attenzjoni u r-riżorsi kollha possibli sabiex l-awturi ta’ dan l-omiċidju jinqabdu filwaqt li l-vittmi jingħataw kull sostenn li jixraqilhom.

