Il-Ministru tal-Finanzi spicca kellu jammetti dan wara li stħarriġ tas-Sunday Times wera li l-akbar problema personali li qed jiffaċċaw in-nies…. hi t-tnaqqis drastiku fil-finanzi tagħhom.
Stħarriġ li juri li dawk li qed jammettu li mhux ilaħqu mal-għoli tal-ħajja u li l-pensjoni mhix biżżejjed għalihom żdiedu b’11% f’dawn l-aħħar sentejn.
Riżultati li juru xejra inkwetanti hekk kif stħarriġ li sar fl-2017 kien jgħid li 14% mhux ilaħqu mal-ħajja. Issa dak l-ammont tela għal 25%.
Minkejja li jammetti li l-poplu qed iħoss l-għoli tal-ħajja ta’ kuljum, il-Ministru Edward Scicluna jikkonsla billi qal li għallinqas l-inflazzjoni mhux daqshekk għolja.Ix-xahar l-iehor, l-istess Ministru wehhel fil-kumpanija Benna u fil-furnara li huma l-kagun ghaz-zieda fil-prezzijiet tal-affarijiet bazici li nixtru.
//= $special ?>
