Internazzjonali

IŻRAEL: Mandat ieħor għall-koalizzjoni ta’ Netanyahu

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu rebaħ mandat ieħor fit-tmexxija tal-pajjiż. Dan hekk kif kollox qed jindika li l-koalizzjoni immexxija minnu rebħet 65 siġġu mill-120 disponibbli.

Dan ifisser li Netanyahu se jkun qed imexxi bħala Prim Ministru Iżraeljan għall-ħames leġislatura in fila. Dan meta Netanyahu, li għandu 69 sena, qed jaffaċja akkużi serji ta’ korruzzjoni.

Il-Laburisti ta’ Avi Gabbai rebħu biss 6 siġġijiet. Il-partiti Għarab Hadash-Taal u Raam-Balad rebħu bejniethom 10 siġġijiet.