63 immigrant għadhom qed jistennew li jidħlu f’port sigur wara li ilhom 8 ijiem bejn sema u ilma abbord il-vapur Alan Kurdi.
Fuq dan il-bastiment hemm 11-il mara, tifel u tarbija.
L-ekwipaġġ abbord dan il-bastiment ta’ salvataġġ li hu immexxi mill-għaqda Sea Eye qed jgħidu li l-immigranti qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet bażiċi tagħhom. L-istess immigranti li ġew salvati ġimgħa ilu, irrakkuntaw stejjer tat-tkexkix dwar il-mod kif ġew trattati fil-Libja – stejjer ta’ stupri, abbuż swat u traffikar tal-persuni.
Ilbieraħ l-AFM evakwaw waħda mill-immigranti li kienet teħtieġ kura medika.
Sorsi qed jindikaw li l-provvisti fuq l-Alan Kurdi waslu lejn l-aħħar.
//= $special ?>