L-Ombudsman Parlamentari Anthony C. Mifsud qal li r-rapporti tiegħu qegħdin jiġu njorati u minn l-oħra huwa lanqas qed jirċievi l-iċken rispons meta jagħmel il-kummenti tiegħu. L-Ombudsman ippreżenta l-pubblikazzjoni ta’ Każijiet fil-Qosor 2018 lill-President tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.
L-għan ta’ din il-pubblikazzjoni annwali hu li jagħti ħarsa lejn l-investigazzjoni tal-ilmenti li l-Ombudsman u l-Kummissarji jistħarrġu, il-kunsiderazzjonijiet li jagħmlu u li fuqhom tkun ibbażata l-opinjoni finali, kif ukoll lejn ir-rimedji li jiġu rakkomandati.
L-edizzjoni ta’ din is-sena, bħas-soltu, tirrapporta l-każijiet li huma ta’ interess ġenerali u li jagħtu ħarsa lejn il-firxa ta’ ilmenti li jiġu investigati minnhu u mill-Kummissarji.
Fid-daħla ta’ din l-edizzjoni ta’ Każijiet fil-Qosor l-Ombudsman jinnota li “ Numru minn dawn l-opinjonijiet finali intbagħtu lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati wara li l-Ombudsman irċieva tweġiba negattiva mill-awtoritajiet pubbliċi għat-talbiet tiegħu biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet”.
Ġie indikat ukoll li sal-lum ebda wieħed minn dawn il-każijiet li ġew riferuti ma ġew ikkunsidrati b’mod attiv mill-Kamra. Ma kien hemm assolutament l-ebda reazzjoni.” L-Ombudsman kompla li “Għaldaqstant wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li din il-proċedura statutorja fl-Att dwar l-Ombudsman, maħsuba sabiex tassigura li jingħata rimedju kontra l-inġustizzja liċ-ċittadini li jintlaqtu ħażin, m’hijiex qed tkun effettiva. Għalhekk jeħtieġ li tiġi rimedjata.
L-Ombudsman qal ukoll li dan it-tħassib tqajjem ukoll mill-Kummissjoni Venezja fl-opinjoni tagħha dwar it-tibdil Kostituzzjonali dwar is-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi. F’dan il-kuntest, l-Ombudsman jilqa’ il-bidu ta’ proċess leġislattiv inizzjat mill-Gvern fil-Parlament dwar il-proposti tal-Kummissjoni Venezja.
Fil-pubblikazzjoni ta’ 116-il paġna hemm diversi punti ta’ investigazzjoni li wettaq l-Ombudsman Parlamentari fosthom il-proċess tal-għażla ta’ Uffiċjali tal-Armata, li kien wieħed difettuż. Il-complainants sofrew inġustizzja għax ħassew li ġew trattati ħażin waqt proċess tal-għażla li sar f’Awwissu 2013 meta ma ġewx promossi għallgrad ta’ Logutenent Kurunell.
Kien hemm każijiet oħra fejn saru kummenti u lmenti fosthom minn membri tal-Korp tal-Pulizija, persuni li jaħdmu maċ-ċivil, drittijiet li wieħed jistenna li kellu jieħu mill-Isptar Mater Dei u l-jedd tal-uffiċjali fis-servizz ċivili li jiġu informati u d-dmir tagħhom li jżommu ruħhom informati.
Każijiet oħra jinkludu każ ta’ pazjent isofri minn kanċer imċaħħad mill-benefiċċju tal-mard, dewmien fil-ħruġ ta’ ċertifikat tal-mewt iqanqal ansjetà u jkompli jżid mas-sogħba tal-ġenituri li tilfu lil binhom u Kits ipprovduti mill-isptar mhux kompatibbli ma’ pompi ordnati minn sptar fir-Renju Unit.
Fost każijiet gravi kien hemm każ tad-Dipartiment tas-Saħħa li kien qed isostni li tarbija fil-ġuf mhux meqjusa bħala persuna f’għajnejn il-liġi. Dan fuq ilment ta’ mara tqila ġiet informata li t-tarbija li kienet qed iġġorr fil-ġuf kellha kundizzjoni li kien jeħtiġilha li ssirilha operazzjoni urġenti appena titwieled.
Għalhekk l-omm intbagħtet irRenju Unit mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex, wara li twelled, it-tarbija tkun tista’ tiġi operata. Qabel ma marru r-Renju Unit, id-Dipartiment tas-Saħħa qal lill-ġenituri li rrispettivament tal-policy li tirregola l-każijiet ta’ trabi jew tfal li huma taħt l-età ta’ tmintax-il sena, id-Dipartiment ma kienx ser ikopri l-ispiża tat-titjiriet tagħhom.
Ir-raġuni għal din id-deċiżjoni kienet li meta telqu minn Malta t-tarbija kienet għadha ma twelditx. Il-fatti Il-Kummissarju għas-Saħħa investiga l-każ u talab lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħtih ir-reazzjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni.
Fit-tweġiba tiegħu d-Dipartiment tas-Saħħa qabel li kien ser iħallas l-ispiża tat-titjira lura, jiġifieri mir-Renju Unit għal Malta tat-tarbija biss u mhux tal-ġenituri. Il-Kummissarju ġibed l-attenzjoni tad-Dipartiment illi f’dan il-każ, il-pazjent kienet it-tarbija fil-ġuf. Għaldaqstant it-titjiriet tal-ġenituri kellhom jiġu koperti mid-Dipartiment kif hija l-prassi meta l-pazjenti jkunu minuri (taħt l-età ta’ tmintax-il sena).
Wara l-intervent tal-Kummissarju, id-Dipartiment aċċetta li jirrifondi l-ispiża tattitjira lura tal-ġenituri ukoll mir-Renju Unit għal Malta, iżda mhux għat-titjira minn Malta lejn ir-Renju Unit. Il-Kummissarju talab lid-Dipartiment sabiex jispjega kif tarbija li għadha ma twelditx setgħet tingħata l-kura immedjatament kif titwieled, jekk l-omm li kienet qed iġġorrha f’ġufha ma ssifirx hi ukoll lejn ir-Renju Unit.
Każijiet fil-Qosor 2018 99 Konklużjoni u rakkomandazzjoni Il-Kummissarju għas-Saħħa ma qabilx mar-raġunament tad-Dipartiment, u fittweġiba tiegħu hu sostna illi fl-opinjoni tiegħu t-Treatment Abroad Committee fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa ma kienx jibgħat lil nisa tqal sabiex iwelldu t-tarbija tagħhom fir-Renju Unit, iżda bagħat lil din il-mara tqila barra minn Malta għaliex it-tarbija fil-ġuf kellha problemi mediċi u dawn kienu ġew djanjostikati qabel it-twelid.
Il-Kummissarju irrakkomanda li l-ġenituri kellhom jingħataw lura l-ispejjeż tattitjira minn Malta għar-Renju Unit. L-eżitu Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju, d-Dipartiment informah illi r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx għaliex tarbija fil-ġuf bil-liġi m’hijiex rikonoxxuta bħala persuna.
Il-Kummissarju wieġeb illi jekk tarbija fil-ġuf m’hiex rikonoxxuta bil-liġi, allura għaliex il-Ministeru tas-Saħħa jibgħat ommijiet li t-tarbija tagħhom għadha ma twelditx, li jkollha bżonn tiġi operata waqt li għadha fil-ġuf, u wara l-omm tiġi lura sabiex twelled it-tarbija hawn Malta? B’hekk, jekk tarbija fil-ġuf mhiex rikonoxxuta bħala persuna, fuqhiex ikun opera l-kirurgu?
Il-Kummissarju mbagħad ikkwota estensivament minn sentenza tal-Prim Awla talQorti mogħtija mill-Onor. Imħallef Lawrence Mintoff fl-2015, li turi biċ-ċar li tarbija filġuf għandha d-drittijiet tagħha u diment li tkun ikkonċeputa mhiex “oġġett li bih wieħed jista’ jagħmel li jrid5 ” u “għalhekk ma jistax jiġi eskluż mid-dixxiplina tal-persuna”. Id-Dipartiment tas-Saħħa, informa lil Kummissarju tas-Saħħa li kien qed jilqa’ irrakkomandazzjonijiet tiegħu.
Sussegwetament il-Kummissarju għas-Saħħa f’ittra lid-Dipartiment tas-Saħħa sostna li l-istqarrija kategorika tad-Dipartiment tas-Saħħa hija kompletament inaċċettabli mhux biss għax tiftaħ il-kwistjoni ta’ jekk fetu uman għandux ikollu protezzjoni bil-liġi, imma ukoll għax tikkomprometti u tippreġudika d-dibattitu dwar jekk l-abbort għandux ikun introdott f’xi forma jew oħra. Is-sentenza erudita mogħtija mill-Imħallef Lawrence Mintoff tiddiskuti filfond, imsaħħa b’opinjonijiet awtorevoli, sa liema grad il-liġi tirrikonoxxi l-fetu uman bħala suġġett għad-drittijiet u obbligi.
Is-sentenza ġustament tikkonsidra dawn il-materji mill-punt purament legali, u tevita referenzi relevanti, anke jekk kunflinġenti, morali u ta’ standards etiċi. Din hi sentenza, li għandha tiġi studjata u diskussa peress li b’mod korrett tiddeskrivi l-pożizzjoni legali kif inhi sal-lum.
Fl-Opinjoni tal-Kummissarju, din is-sentenza: 1. hija l-oppost tal-istqarrija magħmula mid-Dipartiment tas-Saħħa li l-fetu uman ma jgawdi ebda dritt; u għandu jittieħed in konsiderazzjoni li din is-sentenza ġiet mogħtija fl-2015, allura qabel id-dibattitu pubbliku fuq l-introduzzjoni tal-abort ma kien beda u qabel ukoll ma’ il-leġislazzjoni dwar l-iffriżar tal-embrijuni umani ma daħlet fis-seħħ.
Huwa perfettament possibli għal fetu uman li jkun mogħni bi drittijiet meta għadu fil-ġuf, anke jekk id-drittijiet tiegħu ikunu jistgħu jiġu eżerċitati biss wara t-twelid jew minn xi ħadd f’ismu qabel ma jitwieled.
Dawn huma materji vitali li għandhom jiġu determinati u m’għandhomx jittieħdu b’mod leġġer bi stqarrijiet ġenereċi li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ ftehim sejru. Għalhekk, il-Kummissarju ħass illi jqajjem dawn il-punti.
//= $special ?>