Lokali

Red Electrick u The Travellers fuq palk wieħed

Il-membri ta' Red Electrick u The Travellers flimkien (Ritratt: The People of Malta)

Tnejn mill-aqwa bands Maltin, Red Electrick u The Travellers ingħaqdu biex għall-ewwel darba se jagħtu kunċert flimkien, bħala band waħda.

12-il mużiċist fuq palk wieħed se jiffurmaw band waħda biex flimkien iwasslu l-aqwa suċċessi taż-żewġ bands. Waħda mill-popolari ta’ The travellers hija ‘Ersaq fil-qrib’, waqt li waħda mill-popolari ta’ Red Electrick hija ‘Right Here’.

Għall-kunċert li se jsir fil-kumpless Aria San Ġwann hemm domanda kbira, iżda dawk li huma nteressati għall-aħħar biljetti jistgħu jiksbu aktar informazzjoni fuq www.showshappening.com.