Futbol Sport

Solskjaer ottimist li Rashford jilgħab kontra Barcelona

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer jinsab ottimist li Marcus Rashford ikun fiżikament tajjeb wara li tilef it-telfa li kellhom kontra Wolves. Nemanja Matic ukoll jista’ jirkupra iżda Ander Herrera mhux mistenni jkun fit-tim, bid-difensuri Eric Bailly u Antonio Valencia.

Ousmane Dembele jinsab fl-iskwadra ta’ Barcelona għal għada. L-attakkant kien qed jirkupra minn injury fil-hamstring u kien ilu nieqes mit-13 ta’ Marzu.

Fir-rawnd preċedenti, Manchester United tilfu l-ewwel leg 2-0 f’Old Trafford iżda dawru r-riżultat b’rebħa ta’ 3-1 f’Pariġi biex eliminaw lil PSG. Barcelona spiċċaw 0-0 barra minn darhom iżda rebħu 5-1 kontra Olympique Lyon fil-Camp Nou.

Din il-logħba se tkun l-ewwel waħda mill-finali tal-2011 li Barcelona rebħu 3-1 f’Wembley. Manchester United għadhom qatt ma tilfu kontra Barcelona f’logħba Ewropea. Minn meta Chelsea eliminaw lil Barcelona fis-semifinali tal-istaġun 2011/12, it-timijiet Ingliżi kienu eliminati 10 darbiet minn 11 kontra avversarji Spanjoli.

Lionel Messi skorja 22 gowl fi 30 logħba kontra timijiet Ingliżi, iżda naqas li jiskorja fl-aħħar 11-il logħba fil-kwarti tal-finali.