Lokali

Tmien immigranti mitlufa ‘il barra mill-kosta Libjana

Tmien persuni huma maħsuba li ntilfu fil-baħar ftit ‘il bogħod mill-kosta Libjana.

Dan ħareġ minn rapport li għamlet l-għaqda volontarja Alarm Phone fejn qalet li dalgħodu għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu rċievew telefonata li kien hemm dinghy f’diffikultà b’madwar għoxrin persuna abbord, inkluż nisa u tfal.

Skont l-immigranti li kienu abbord, tmien persuni waqgħu l-baħar hekk kif id-dgħajsa bdiet tintela’ bl-ilma. Skont Alarm Phone, l-awtoritajiet kollha, kienu infurmati b’dak li ġara, inkluż Malta.

Mediterranea Saving Human qed jappellaw għal intervent urġenti sabiex ikunu salvati dawn l-immigranti.