Lokali Parlament

Liġijiet li minnhom u permezz tagħhom nistgħu intejjbu l-ħajja taċ-ċittadini

Meta kienet qed titkellem fuq il-liġi dwar id-drittijiet tal-Konsumatur id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fix-xogħol politiku tagħha hija ssegwi u taħdem fuq id-drittijiet bażiċi ta’ kull wieħed u waħda minna. Fost dawn id-drittijiet hemm id-drittijiet li kollha kemm aħna għandna bħala konsumaturi. Qalet li xtaqet tibda mill-punt fundamentali … l Edukazzjoni (awareness).

Staqsiet kif bħala konsumaturi x’nafu fuq id-drittijiet tagħna? Filwaqt li sellmet lit-team li spiss jagħti l-kontribut fuq il-meżżi tax-xandir biex jeduka lill-poplu tagħna fuq id-drittijiet tal-konsumatur. Kampanji edukattivi li żgur li ilhom għaddejin mis-snin disgħin meta kienet bdiet taħdem fix-xandir (fuq it-televizjoni, ir-radju, il-gażżetti u llum permezz tal-media socjali).

Jekk nafu x’inhuma d-drittijiet tagħna bħala konsumaturi, nafu x’nistgħu nagħmlu biex niġġieldu għad-drittijiet taghna meta dawn jinkisru?  Il-President Amerikan John F. Kennedy, fil-15 ta’ Marzu 1962 indirizza l-Kungress Amerikan fuq id-drittijiet tal-konsumatur. Il-President Kennedy kien l-ewwel mexxej dinji li rrikonoxxa r-rwol tal-konsumaturi meta qal: Consumers by definition, include us all. They are the largest economic group, affecting and affected by almost every public and private economic decision. Yet they are the only important group whose views are often not heard.

F’din l-okkażjoni il-President Kennedy ddikjara l-erbgħa drittijiet bażiċi tal-konsumatur: the right to safety (id-dritt ghas-sigurta’), to choose (id-dritt ghall-ghazla), to information (id-dritt ghall-informazzjoni) u the right to be heard (id-dritt ghas-smiegh xieraq). Maż-żmien dawn id-drittijiet saru tmienja għaliex żdiedu erbgħa drittijiet oħra: id-dritt għas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet bażiċi, id-dritt għal rimedju, id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għal ambjent b’saħħtu. 

Mela, fost id-drittijiet bażiċi u fundamentali tal-konsumatur hemm id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt għall-edukazzjoni imma hemm ukoll id-dritt għal smiegħ xieraq u d-dritt għal rimedju. 

Il-kelliema qalet li dak li qed niddiskutu llum fil-Parlament jorbot sew ma’ dawn l-erbgħa drittijiet. Fi żmien meta fil-pajjiż qed niddiskutu l-importanza li l-Parlament ikun mogħni b’varjeta’ iktar wiesgħa ta’ Membri Parlamentari li verament jirrapreżentaw firxa wiesgħa tal-poplu tagħna bil-preżenza ta’ aktar nisa, żgur li qed jinħass il-bżonn li f’dan il-parlament nitkellmu wkoll b’mod li jista’ jifhimna kullħadd.

Huwa tajjeb li l-avukati jiddibattu l-livell tekniku ta’ dawn l-emendi iżda huwa wkoll importanti li dak li ngħidu f’din il-kamra jiftiehem sew minn kull min qed isegwi l-parlament.

“X’qalu l-kelliema ta’ qabli?” Deo Debattista, tkellem dwar Suq Ħieles li huwa kompetittiv jibbenefika lis-suq innifsu … fuq kollox lill-Konsumatur.  Ikkwota lill-Kummissarju tal-Kompetizzjoni Margrethe Verstager,  semma l-Ufficċju tal-Kompetizzjoni ġusta, u l-“Bżonn kruċjali” li jsiru emendi wara l-każ kostituzzjonali – 3 ta’ Mejju 2016 … 

Għaddew tliet snin!! Bla dubju li ġew effettwati deċiżjonijiet li ma setgħux jittieħdu minħabba d-dewmien serju biex wasalna s’hawn illum. Dawn veru li huma emendi ghall-ligi tal-2011 pero fakkret li mhux biss kien hemm unanimita’ fuq il-liġi tal-2011 iżda kien hemm diversi liġijiet (f’din il-leġiżlatura u f’ta’ qabilha) li ġew emendati fi żmien qasir … kienet għadha bilkemm nixfet il-linka fuq il-karta!

Iżda l-emendi għandhom isiru biex itejjbu l-liġijiet u bħal shabha, qalet li kienet qed tistaqsi jekk dawn l-emendi hux se jwasslu għat-titjib mixtieq jew hux se jkollna nerġgħu nagħmlu emendi oħrajn fi żmien mhux il-bogħod? Huwa l-każ li forsi xi liġijiet jerġgħu jinkitbu mill-gdid? Huwa l każ li nagħmlu emendi kostituzzjonali biex veramnet insaħħu dak li qed nippruvaw nagħmlu hawn illum?

Fuq id-diskors tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said, Buttigieg qalwt li kien diskors tekniku bil-legaliżmi fid-dettal. Importanza xierqa lis-settur tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-konsumatur. “Liġi mhux fuq il-karta … imma liġi li għandha titħaddem kif suppost … biex tissaħħah il-fiduċja tal-konsumatur.” 

Kompliet tgħid li l-Liġi 2011 saret wara konsultazzjoni wiesgħa u wara li l-UE kienet ġibdet l-attenzjoni ta’ pajjiżna – ghaddiet b’unanimita’.  Dwar deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, fejn ukoll jidħlu multi u penali amministrattivi, qalet li Chis Said  għamel proposta kuraġġuża … fuq deadline għall-emendi, fejn tenna li tliet snin huma twal wisq u semma li emendi wara sentenza finali tal-Qorti Kostituzzjonali għandhom jieħdu minn sitt xhur sa sena!

Buttigieg qalet li l-konsultazzjoni pubblika bdiet sentejn u nofs wara l-każ u l -proċess kien wieħed li kellu bżonn aktar attenzjoni u mbuttatura. Ħames assoċjazzjonijiet biss ipparteċipaw – fosthom żewġ organizzazzjonijiet barranin u semmiet ukoll lill-avukati stess li kienu parti mill-kawża u l-Għaqda tal-konsumatur. 

Hawnhekk xtaqet tagħmel appell biex il-konsultazzjonijiet isiru sew, mhux biex ngħidu li saru imma għax verament irridu nagħtu widen għall-istake-holders kollha. Jista’ jkun li l-parteċipazzjoni baxxa fil-konsultazzjoni, in-nuqqas ta’ interess ġej mill-fatt li dawn huma emendi tekniċi.

Qalet li f’dan id-dibattitu, tkellem ukoll Edward ZammitLewis li qal li dan l-Abbozz li jemenda l-aspett proċedurali … EQUALITY OF ARMS –legaliżmi fid-dettal.  U Edwin Vassallo – li tkellem fuq ir-realta’ ta’ dak li nistgħu nagħmlu … nemendaw il-liġijiet kif għandna quddiemna jew nemendaw il-Kostituzzjoni? Dawn l-emendi x’effett se jkollhom fuq id-drittijiet tal-konsumatur.

Claudette Buttigieg staqsiet jekk il-Gvern hux qed jagħmel il-kalkoli tiegħu sew, speċjalment fuq dak li semmiet l-Għaqda tal-Konsumaturi, jiġifieri li se jinħoloq preċedent fuq awtoritajiet differenti bil possibilta’ ta’ kawżi kostituzzjonali oħra. Fost dawn semmiet ukoll l-Awtorita’ tat-Turiżmu, tat-Trasport, tal-Ambjent, Kummissjoni Elettorali, etc? 

Qalet li kienet qed tieħu l-okkażjoni biex tħeġġeġ aktar għarfien fuq il-kompetizzjoni ġusta u d-drittijiet tal-konsumatur speċjalment fl-iskejjel fejn qalet li taf li beda xi xogħol f’dan ir-rigward imma taħseb li dan għandu jinfirex mal-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha. 

Finalment hija fakkret li kemm il-darba qalet, u qed terġa’ tgħid li f’dan il-parlament, xogħolna hu li ngħaddu u nemendaw liġijiet li minnhom u permezz tagħhom nistgħu intejjbu l-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Qalet li m’aħniex perfetti u l -liġijiet tagħna mhux se jkunu perfetti.

Wara tlett snin wieħed jittama li dak li se nagħmlu b’din il-liġi ikun verament biex intejjbu d-drittijiet tal-konsumatur permezz ta’ mekkaniżmu li jiddefendi dak li hu fundamentali għal-konsumaturi u għall-kompetittivita’ ġusta.