Il-Mexxejja tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea qablu għal estensjoni ta’ sitt xhur għall-Brexit: il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea li biegħdet il-possibilita’ ta’ ħruġ mingħajr ftehim minn għada.
Il-ftehim intlaħaq wara sigħat twal ta’ diskussjoni fi Brussell u jfisser li jekk ir-Renju Unit ikun għadu Membru tal-UE fit-22 ta’ Mejju, il-pajjż ikollu jieħu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Il-Mexxejja ftehmu wkoll li jista’ jkun hemm reviżjoni ta’ din id-data fis-summit tas-Sajf tal-UE fil-21 ta’ Ġunju
//= $special ?>