Lokali

Ħalliel jaħrab wara li seraq ħanut fi Fleur de Lys

Raġel b’wiċċu mgħotti u armat b’sikkina dalgħodu wettaq hold-up minn ħanut fi Fleur de Lys. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6am.

Il-hold up sar minn ħanut tal-gazzetti fi Triq Fleur de Lys, fejn il-ħalliel daħal u talab lill-kaxxiera biex itih il-flus mill-cash register.

Jidher li l-ammont ta’ flus misruq huwa żgħir. Ir-raġel ħarab mill-post.

L-investigazzonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Birkirkara.