Mhux sigriet li hawn min jżomm annimali bħala pets u li dawn jiġu jagħmlu parti mill-familja. Hawn ħafna minn dawn li jixtiequ li wkoll ikollhom aċċess għal kremazzjoni tal-pet tagħhom. Hemm ukoll bżonn ta’ “fine tuning” tal-liġi, li hija tajba li ssir.
Meta kienet qed titkellem dwar il-kremazzjoni d-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fl-abbozz ta ‘ ligi ma hemmx il-kwistjoni ta’ x’jiġri jekk persuna mejta tiġi kremata u wara jitqanqal is-suspett li l-mewt ma kenitx waħda naturali, u għaldaqstant, ladarba jkun ġie kremat il-ġisem ma jista’ jkun hemm ebda eżumazzjoni.
Hija qalet li l-istess jista’ jingħad għal meta jkun hemm suspett ta’ żbalji fil-kura medika jew inkella xi traskuraġni li tikkawża l-mewt. Qalet li hi rat l-abbozz u, fl-emendi konsegwenzjali, ma hemm ebda referenza ghall-artikolu 553 tal-Kap. 9 dwar il-qligħ ta’ katavru mill-qabar, riprodott hawn taħt:
553. Kemm-il darba l-katavru jkun ġie midfun, il-maġistrat jista’ jordna li jġi maqlugħ bil-kawtieli meħtieġa, kemm-il darba dan il-qligħ ikun jista’ jsir bla ħsara għas-saħħa pubblika.
Il-kelliema xtaqet li xi ħadd jispjega dwar jekk kadavru jkun irid jinqala’ minħabba xi nvestigazzjoni, x’jiġri. Forsi jittieħdu xi kampjuni qabel. Hija staqsiet ukoll xi nies dwar il-kremazzjoni, qalet li jew ma ħasbuhiex, jew ħasbuha sew, b’dawn ta’ l-aħħar jinteressahomn ħafna, l-aktar anke hemm min ikun irid li dawn jitpoġġew fil-qabar tal-familja, anke jekk hemm min jixtieq mod ieħor.
Buttigieg qalet li din il-liġi qed tagħti għażla. Forsi l-problema hija jekk l-għażla hijiex se tiġi aċċettata, għax din m’għandhiex rabta legali. Minħabba li għax ma jkunx hemm dik ir-rabta, l-familjari ma jirrispettawx dik ix-xewqa. Vera li hija għażla tal-poplu. Forsi jkun hemm hemm dawk individwi li jridu fl-istess familja u oħrajn mhux komdi.
Fir-reġistru jekk turi b’mod ċar ix-xewqa tiegħek, ejja ħa nirispettawha. Is-Supretendent tas-Saħħa wara jibda joħroġ il-linji gwida u li l-liċenzja hija għal ħames snin. Fuq l-esperiment tal-liċenzja, li wieħed jittrasferixxi l-liċenzja lil ħaddieħor, għax il-kelliema qalet li tibża mill-abbużi.
Hija qalet li rridu niċċaraw ukoll fuq id-data protection pero hemm imniżżel li r-reġistru jistgħu jsirulu emendi. Jekk xi ħadd ikun reġistrat, jista’ jitneħħa mingħajr ma jkun jaf? Għoġbitha ħafna f’din il-liġi hija li xi ħadd jista’ jgħid li hu ma jridx jiġi kremat.
Il-problema hija li individwu ma jridx jiġi kkremat imma tal-familja jkunu jridu jew bil-maqlub. Hemm bżonn fuq dan l-issue nedukaw kemm jista’ jkun lin-nies. Bħal tal-organi, jrid ikun hemm ċerta rabta. ħaj
Hija qalet li hawn għajta kbira għal kremazzjoni tal-annimali li ħafna jħobbu. Hawn numru kbir ta’ persuni li ffriżaw l-pets tagħhom u lesti li jikkremaw, hawn min qed iħallas biex jiffriża l-annimali…Huma għeżiez il-pets illum daqs il-membri tal-familja.
Finalment il-kelliema faħħret lil Rosianne Cutajar talli bdiet taħdem fuq din il-liġi bil-kelliema jsostni li bħala mara huwa unur dwar kif din il-liġi ġiet maħduma b’tant reqqa.
//= $special ?>

