Nhar is-Sibt 13 ta’ April, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca se tkun fil-ħanut tal-Aġenda għand il-Pavi fil-11:00 a.m. biex tiffirma kopji tal-ktieb Marie-Louise Coleiro Preca Bejn Storja u Miti.
Il-ktieb hu ppubblikat mill-kumpanija Horizons
Fil-ktieb dwar Coleiro-Preca qed jieħdu sehem diversi kontributuri fosthom l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof George Frendo, l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, l-Eks Ministru Louis Galea, l-Aġent President Dolores Cristina u oħrajn. Ma jonqsux ukoll kontributuri internazzjonali.
Fuq kollox il-ktieb fih kontribut mill-għaxar President tar-Repubblika George Vella Fil-ktieb hemm ukoll id-diskorsi li l-Marie Louise Coleiro Preca għamlet f’Jum ir-Repubblika matul il-mandat tagħha.
Fil-jiem li ġejjin il-ktieb ser ikun għall-bejgħ mil-libreriji ewlenin.
//= $special ?>

