Tul l-aħħar snin saru numru ta’ apelli formali lill-kontrollur tad-dwana, biex jirregola id-dħul ta vetturi fi ħdan il-portijiet lokali u biex titieħed azzjoni immedjajta kontra persuni mhux liċenzjati li qegħdin jiġu permessi jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.
Il-GRTU fi stqarrija qalet illi għalkemm saru diversi apelli, sfortunatament, dawn l-appelli, waqgħu fuq widnejn torox.
Filwaqt li l- Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU għal-darb’oħra qiegħda iżżomm il-Kummissarju tat-taxxi responabbli għall-danni, spejjeż u nteressi li diġa’ sofrew u li jistgħu isofru b’konsegwenza ta’ dan, ttenni l-appell tagħha biex titieħed azzjoni mmedjata u jitwaqqfu persuni mhux liċenzjati li qegħdin jitħallew jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.
Il-Burdnara Sectional Committee tapella ukoll lill-membri tagħha biex jassiguraw li jkollhom l- ‘isticker’ tal-permess tad-dwana imwaħħal ma’ kull vettura irreġistrata dan biex jiġi ffaċilitat ixxogħol lill-membri tad-dwana u jkun assigurat li kulħadd huwa konformi mal-liġi.
Il-Burdanra Sectional Committee qed tfakkar li aġir bħal dan jkompli jdajjef il-kompetitivita’ ta’ dawk li jimxu skont il-liġi u fl-istess ħin jibgħat mesaġġ li min jikser il-liġi jista’ jagħmel dan b’mod liberu u mingħajr konsegwenzi.
//= $special ?>