Lokali

Il-kunsill tal-Belt bi spazju ġdid għar-residenti

Xogħol li għaddej fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se joffri spazju ġdid lir-residenti minn fejn jirċievu numru ta’ servizzi, fosthom dik tal-berġa, day care center għall-anzjani, librerija lokali u b’lift li jtejjeb l-aċċess għal-Librerija Nazzjonali.

Dan bħala parti minn ħidma kontinwa li qed twassal biex il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalista fil-Belt Valletta joffri dejjem iktar servizzi lir-residenti u l-għaqdiet.

Fi kliem is-Sindku Christian Micallef, ix-xogħol fuq dan il-proġett se jwassal biex il-Kunsill Lokali joffri wkoll spazji lill-għaqdiet Beltin.

Xogħol li beda wara li l-Gvern Laburista nqabad f’nofs kontroversja hekk kif ħafer €4.2 miljun fi spejjeż lis-sidien tal-Café Premier wara snin ta’ taxxi, VAT, kontijiet tad-dawl u ilma u self mhux imħallas mis-sidien.

Ix-xogħol fuq dan il-proġett ġdid hu wieħed kumplikat anke għaliex matul is-snin il-binja saru diversi interventi bl-addoċċ bil-konsegwenza li saret diversi ħsara sakemm finalment waqfet topera l-kafetterija u binja spiċċat abbandunata.