Internazzjonali

Julian Assange arrestat f’Londra

Julian Assange, imwieled l-Awstralja, kien sploda fil-popolarita' fl-2010

Il-fundatur tal-Wikileaks Julian Assange ġie arrestat f’Londra mill-Pulizija Ingliża.

Hu ġie arrestat fl-ambaxxata tal-Ekwador. Malli ħareġ mill-bini, Julian Assange deher miżmum minn numru ta’ uffiċjali, b’leħja twila bajda u bi ktieb f’idejh.

Assange kien ilu 7 snin li sab refuġju f’din l-ambaxxata wara li evita l-estradizzjoni lejn l-Iżvezja. Dan minħabba akkużi ta’ abbuż sesswali, liema akkużi eventwalment kienu waqgħu.