Lokali Parlament

L- introduzzjoni tal-kremazzjoni ilha tiġi diskussa f’pajjiżna

Is-suġġett tal-kremazjoni ma huwiex xi ħaġa reċenti għall-Malta. Irrid nistqar li jiena favur l-introduzzjoni tal-kremazzjoni għaliex nemmen li kulħadd għandu d-dritt jagħmel għażliet ħielsa basta dawn ma imorrux la kontra l-liġi u lanqas ikunu għażliet li jmorru kontra d-dritt tal-ħajja kemm tal-persuna nnifisa kif ukoll tat-tarbija fil-ġuf.

Dan qalitu d-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara meta kienet qed titkellem dwar il-liġi fuq il-kremazzjoni.  Qalet li xtaqet tibda l-intervent tagħha billi tagħti ftit kronoloġija ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu matul l-aħħar tletin sena li ġurnata wara l-oħra wassluna biex illum quddiemna għandna dan l-abbozz. 

Kien madwar 30 sena ilu taħt Gvern Laburista li beda jidher ċar li kemm għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika kif ukoll minħabba id-domanda dejjem tikber għax-xiri ta’ oqbra ġodda, meta din it-tema bdiet tiġi diskussa bejn il-Gvern ta’ dak iż-żmien, il-knisja u l-privat. 

Dak iż-żmien il-knisja kellha numru ta’ riservi dwar il-kremazzjoni li nidħol fihom aktar il-quddiem. Kien jidher ċar li minħabba li l-popolazzjoni Maltija bdiet tikber, il-konfini ta’ numru ta’ rħula beda jespandi biex bil-mod il-mod beda imiss ma’ żoni periferali li f’ħafna minnhom kont issib fihom iċ-ċimiterju tar-raħal.

Hekk ġara ġewwa n-Naxxar, il-Għarghur, l-Mellieħa u l-Mosta biex insemmi ftit eżempji.  Il-gvern tal-ġurnata kien ħa ukoll deċizjoni tajba li ma jingħatawx permessi ġodda għaċ-ċimiterjui fil-qalba jew viċin l-abitat. Ittieħdet ukoll deċiżjoni li ma isirx aktar dfin ġewwa monasterji, kannierji u lanqas ġewwa l-knisja ħlief f’ każijiet eċċezzjonali fejn irid jintalab il-permess speċifiku tad-Dipartement tas-Saħħa Pubblika.

Qalet li kien sar forma ta’ ċensiment ġewwa l-Addolorata biex  jaraw kemm kien hemm oqbra li għal raġuni jew oħra kien ilhom ma jintużawx, fosthom numru li kienu jappartjenu lil-knisja. Instab li kien hemm numru ta’ oqbra li minħabba testamenti li jipprojbixxu d-dfin ta’ familjari oħra ġewwa l-istess qabar kienu ilhom għexiren ta’ snin mitluqgħa.

Maria Deguara qalet li dan kollu tiftakru, li kien għaddej waqt li d-domanda għax-xiri ta’ l-oqbra dejjem baqgħet għaddejja u tiżdied. Beda ukoll jidher ċar li t-tradizzjoni li l-familjari kollħa jindifnu fl-istess qabar bdiet tmajna għaliex kull wield li bena familja beda jfittex li jkollu qabar għall-uliedu.

Dan ix-xenarju beda jwassal biex il-prezz li wieħed seta’ jixtri qabar sploda u saħansitra kien hemm kasi fejn qabar beda jinbieħ għal-sommon li bdew ileħqu saħansitra ħames telef lira Maltija u anka aktar.

F’dan ix-xenarju bdew joħorġu permessi limitati għal estenzjoni ta’ ċimiterju esistenti, dejjem il-barra minn żoni abitati. Hekk ġara ġewwa San Pawl il-Baħar, ġewwa l-Mosta, l-Imġarr u l-Mellieħa biex insemmi uħud minnhom.

Biex ma jssirx spekulazzjoni mill-oqbra, id-Diviżjoni tas-Saħħa, issa taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, iddeċidiet li ma isirx aktar bejħ ta’ oqbra imma kull min kellu dritt u applikazzjoni valida għal xiri ta’ qabar beda jingħamillu konvenju li, waqt li jippermettilu jagħmel użu sħiħ mil-qabar allokat lilu, bħal twaqqif ta’ monument, dfin etċ, pero’ ma setax’ ibiegħu jew jittrasferieħ lil terzi. 

Deguara fakkret li kien sar ukoll studju biex jindividwa numru ta’ nies li kellhom aktar minn applikazzjoni waħda, ħafna minnhom f’irħula differenti. Pereżempju raġel mil-Mosta japplika għal qabar fil-Mosta waqt li martu li mil-Gudja tapplika għal qabar hemm. Dan dejjem biex l-ewwel applikazzjoni li tintlaqa tittieħed u jekk tilta t-tieni waħda kienet tkun opportunita’ biex dan jinbieħ bi profitt.

Qaslet li nstabu kasi fejn missier kien japplika fuq ismu u uliedu li kien għadhom jgħixu ġewwa daru kienu japplikaw għal-qabar fuq isimhom. Kien hemm ukoll, biex tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni, kwasi fissazjoni fost il-Maltin li kulħadd kien irid jindifen fil-lokalita’ fejn twieled.

Sostniet li kien hemm numru ta’ lokalitajiet li l-kummisjonanti nfushom isuġġerew fejn setgħu jinbnew ċimiterji ġodda. Ħafna minnhom instab li anke jekk kienu l-bogħod mil-abitat setgħu jaffettwaw l-akwifer u allura ġew rifjutati. Għall l-istess raġuni u raġunijiet oħra ċimiterji abbandunati bħal dawk użati waqt il-pesta ma kienx għaqli li jerġu intużaw.

Qalet li niftakru li anke dak iż-żmien kienu diga’ jeżistu ċimiterji oħra fejn kien isir id-dfin ta’ persuni li kienu iħadnu twemmin differenti minn tagħna. Qegħed nirreferi għaċ-ċimiterju tat-Torok. Fattur ieħor kien li bdiet tiżdied il-presenza ta’ persuni li kienu iħaddnu reliġjonijiet differenti u li din kienet titlob tfin mhux bħal tagħna.

F’dan ix-xenarju il-Gvern beda ifittex soluzzjonijiet alternattivi għal l-isfida mhux żgħira quddiemu. Dak iż-żmien id-diskussjonijiet ma kienux komplew, l-iżjed, għal tlett raġunijiet. Meta il-kremazjoni kienet diskussa fil-dettal dak iż-żmien il-kommisjonanti li kienu jieħdu ħsieb il-funerali, waslu għal konkluzjoni li bit-teknologija ta’ dak iż-żmien, il-kremazzjoni ġewwa pajjiżna ma kienietx viabbli għal numru ta’ ragunijiet.

Fosthom li l-ispejjes għal kremazjoni kienu ħa jkunu over and above l-ispejjes ta’ funeral tradizjonali. Apparti l-ispejjes tal-kremazjoni xorta waħda kien ħa jkun hemm l-ispejjes tal-knisja, tat-tebut li kien ħa jinħaraq, it-trasport tal-katavru eċċetra.

Sostniet li raġuni oħra kienet l-ispiża kbira li kien hemm bżonn biex ittellgħa it-temperatura għolja ta’ l-fran li jintużaw għal kremazjoni. Jiġifieri li bit-teknoloġija eżistenti dak iż-żmien, l-enerġija biex il-fran ileħqu t-temperaturi neċessarji, biex l-ġisem jiġi ikkremat, kienet ħa tkun tant għolja li kien jaqblilhom iħallu l-fran imqabda il-ħin kollu milli jqabduhom meta jkollhom bżonnhom. Iżda kienu anteċipaw li proċess tal-kremazjoni ma kienx daqstant popolari u allura d-domanda għalieħ kienet ser tkun limitata ħafna.

Hija qalet li bħala inċentiv il-Gvern tal-ġurnata kien offra lil-kummissjunanti li l-krematorju isir fuq art tal-gvern ġewwa il-konfini ta’ l-Addolorata biex jiġu iffrankati l-ispejjes tax-xiri ta’ l-art lil minn kien interessat jibda dan il-proġett.

Raġuni oħra ukoll kienet li għal kemm il-knisja ma kellha qatt oġġezzjoni u ma kienet qatt direttament kontra l-kremazjoni, kienet tinsisti il-proċess jirrispetta t-tagħlim kattoliku.

Fissret ukoll li instab ukoll li kull meta l-kremazzjoni ġiet introdotta ġewwa pajjiz kattoliku qatt ma irnexxa, l-aktar għaliex ħafna kattoliċi jassoċċjaw il-nar u l-ħruq mal-kastigg jew aħjar jassoċjawħ mal-purgatorju jew għar ma’ l-infern.

Kien imħabba dawn ir-ragunijiet li l-biċċa l-kbira tal-kommissjonanti qatgħu qalbhom mil-kremazjoni u waqfu hemm.

Dawn l-aħħar snin rajna influss qawwi ta’ ħaddiema barranin għaliex hekk kienet titlob l-espansjoni ta’ l-ekonomija mgħaġġla presenti. Rajna pajjiżna jinbidel minn kullunkwe aspett u irridu ngħidu li din il-bidla ma kienitx dejjem posittiva.

Kif diġa’ semmejt matul l-aħħar xhur rajna nfluss kbir ta’ barranien li magħhom ġabu twemmin u drawwiet differenti minn tagħna.

Numru minnhom iżżewġu nisa Maltin u qed irabbu l-familji ġewwa xtutna u ulieddhom jattendu l-iskejjel tagħna.

Bħala nazzjon qalet Maria Deguara nagħmlu minn kollox biex nintegraw lil dawn il-barranin magħna u hekk għandu jkun. Dawn il-barranien għandhom kulturi u religjonijiet differenti minn tagħna u għalhekk għandna nirispettaw dak li jemnu fiħ kif huma fid-dover li jirrispettaw id-drawwiet u twemmien tagħna.

Anki fostna l-Maltin il-lum għandna religjonijiet differenti. Hu għalhekk li nriedu nimxu maż-żminijiet u skont iċ-ċirkostanzi. F’dak li qed niddiskutu l-lum nagħtu lil kull individu id-dritt ta’ l-għażla għal kif jiddisponi mil-ġisem tiegħu wara mewtu u fosthom hemm il-metodu tal-kremazjoni. Il-funerali u dfien tradizjonali għandhom jibqgħu jsiru skond il-kulturi u r-reliġjonijiet differenti.

Qalet li jekk veru nemmnu fid-dritt ta’ l-għazla ħielsa, iċ-ċimiteri tagħna għandhom jibqgħu jiprovdu spazju kemm għal dawk li jixtieqgħu jindifnu fil-qabar u kemm għal dawk li jixtieqgħu li ġisimhom jiġi kkremat.

B’dan l-abbozz qed nintroduċu l-kremazjoni, metodu ieħor  li ilu jintużgħa għal ħafna snin fl-Ewropa u f’ħafna postijiet oħra tad-dinja. Dan l-abbozz hu ntenzjonat biex nirregolarizzaw u nillegalizzaw il-proċess tal-kremazjoni. Dan jitlob li tinħareġ liċenzja mis-Supretendent tal-Public Health taħt numru ta’ kundizzjonijiet  u salvagwardji.

Fih insibu l-kundizzjonijiet tal-kremazjoni fosthom li l-operaturi jriedu jżommu registru d-dettaljat fejn fih iniżlu l-ismijiet ta’ dawk li ġew ikkremati u l-proċessi li ntużaw biex jitnaqqas l-abbużż.

Qalet li l-Abbozz jinsisti wkoll li għandu jinħoloq reġistru Nazjonali tal-Kremazjoni fejn wieħed waqt ħajtu jistgħa jesprimi x-xewqa tiegħu kif jixtieq jiddisponi mil-ġisem tiegħu wara mewtu.

Dan l-abbozz qed jieħu inkonsiderazjoni l-ispazju limitat ta’ pajjieżna u jieħu ħsieb li l-proċess tal-kremazjoni jkollu l-inqas impatt fuq l-ambjent billi jinkoraġġi teknoloġiji moderni li jkunu environmental friendly bħal l-użu tal-biocremation fejn l-emissjonijiet jkunu xejn jew minimi. Nispera li bl-użu ta’ teknologiji moderni għal ħruq, l-ispiża għal energija neċessarja għal kremazzjoni għandha l-lum tkun ħafna inqas minn qabel biex dan il-proċess ikun viabbli. Importanti li tul il-proċess kollu tal-kremazjoni inkun żgurat ir-rispett lejn il-ġisem uman.

Dan hu abbozz mmirat biex jagħqdi u jiġi użat minn persuni li għalkemm kollha jgħixu f’pajjiż wieħed iħaddnu twemmien u religjonijiet differenti. Issa hu għalina l-Maltin li nipprattikaw ir-religjon kattolika, li nkunu nafu x’jgħid it-tagħlim kattoliku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kremazjoni.

It-tagħlim tal-Knisja Kattolika huwa kontra li wara l-kremazzjoni l-irmied tal-ġisem jiġi imxerred fl’arja, fuq l-art jew fuq il-baħar. Jispeċifika li l-irmied ma għandux jiġi ppreservat ġo memetos, f’xi jojellerija jew ġo xi urna jew f’affarijiet oħra. L-irmied ġo urna għandu jitpoġġa f’ċimiterju, f’qabar jew f’post sagru.

Fakkret li għalhekk waqt li l-abbozz jagħti d-dritt ta’ l-għazla, anke li tagħmel dak li jmur kontra t-tgħalim tal-knisja, ma hux qed iċaħħad lil ħadd milli jagħmel dan. Hekk ma jkunx hemm diskriminazjoni bejn reliġjon u oħra.

Tajjeb li niftakru li fuq kollox il-kremazjoni ma hiex qed tiġi mponutha fuq ħadd u kull religjon u individwu jista’ jibqgħa juża’ il-mod tradizjonali skont il-fehma tiegħu.

Din naħħa tal-Kamra ma għandha l-ebda oġġezjoni għal kremazzjoni sakemm din tkun ikkontrollata kif jispeċifika f’dan l-abbozz. Waqt il-kumitat tal-Kamra ipparteċipajna b’mod attiv u pposittiv biex dan l-abbozz jasal quddiema għal-approvazzjoni finali.  Dan għax konxja li kull membru għandu jagħti l-aħjar tiegħu biex pajjizna jimxi l-quddiem fl-aspetti kollha.

Bħal kollox mhux biżżejjed li nagħmlu l-abbozz imma importanti iżjed li meta tibda tintuża l-kremazjoni f’pajjiżna l-awtoritajiet responsabli jaraw li liġi, kif speċifikata, tkun qed tiġi osservata.

Tenniet li meta tgħaddi liġi u ma’ tiġhiex enforzata ix-xogħol li jkun sar f’din il-kamra u fil-kumitati jkun kollu sar għal xejn għax il-poplu ma jkunx qed jieħu dak li ħaqqu.