Lokali

Mara oħra evakwata minn fuq l-Alan Kurdi mill-AFM

Matul il-lejl li għadda, mara ta’ 24 sena ġiet evakwata minn fuq il-bastiment Alan Kurdi permezz tad-dgħajsa tas-salvataġġ Melita 1. Il-mara ittieħdet mill-AFM u twasslet lejn l-isptar Mater Dei minħabba li kellha bżonn assistenza medika urġenti.

Din kienet it-tieni evakwazzjoni minn fuq dan il-vapuri li għadu prattikament wieqaf barra l-kosta Maltija b’62 immigrant abbord – saga li ilha għaddejja aktar minn ġimgħa.

Intant, f’każ separat li żviluppa wkoll ilbieraħ, raġel ta’ 50 sena kellu jiġi evakwat minn fuq l-MV Fedora u nġieb lejn Malta għall-kura.