Persuni residenti fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Birkirkara qamu maħsuda hekk kif instema’ ħoss qawwi. Jidher li karozza ħadet in-nar li nfirex għal numru ta’ vetturi fil-viċinanzi.
Kelliem għall-Pulizija ikkonferma l-inċident li seħħ għall-ħabta tal-5.20 tal-Ħamis filgħodu.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li mal-ħames karozzi ħadu n-nar fl-isplużjoni. L-istess sorsi qalu li n-nirien seħħu qrib ħafna ta’ garaxx fejn ftit tax-xhur ilu kienet saret raid mill-Pulizija li matulha saret sejba ta’ ammont ta’ droga.
Għaldaqstant, hu wisq probabbli li l-pulizija se tistħarreġ dwar jekk hemmx rabta bejn dawn iż-żewġ każi. Iktar dettalji hekk kif jaslulna.
//= $special ?>