L-Att dwar il-kremazzjoni għandu jirrispetta lil dawk kollu li jixtiequ li wara mewthom jiġu kremati, kif ukoll l-istess għandu jgħodd għall-familji tagħhom u għas-soċjeta. Għandu jitwaqqaf reġistru nazzjonali rregolat għal dawk kollha ta’ ‘l fuq minn 16-il sena fejn dawn għandhom jiffirmaw biex jiġu kremati.
Biex kollox ikun sew u organiżżat l-operaturi għandu jkollhom reġistru dettaljat fuq proċessi użati fuq persuni kremati. Il-Liġi għandha tilleġiżla biex tirregola l-kundizzjonijiet biex wieħed jikseb liċenzja li tkun maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Meta għadda biex jitkellem dwar l-irmied, Spiteri qal li dawn ħandhom ikunu mferrxa fil-baħar u mitfugħa jew impoġġija f’residenzi privati, postijiet miftuħa li jkunu hemm għal din il-ħtieġa, jew inkella jinżammu d-dar.
Huwa qal li l-Liġi għandha tara li x-xewqat tal-pubbliku jiġi rispettat wara l-mewt. Il-Liġi għandha wkoll tirrispetta l-fatt li spazju limitu li għandna f’pajjiżna u li ssir l-anqas ħsara possibbli fuq l-ambjent.
It-teknoloġija ġdida bħal dik tal-biokremazzjoni, sistema bla emissjonijiet u li tkun ta’ gwadan ambjenatli għandha tingħata nkoraġġament. Iċ-ċimiterji tagħha għandhom ikomplu joffru spazji li hemm disposti għal dawk li jippreferu li jkollhom difna bħal ma nafuha llum u iżda wkoll spazji għal persuni kremati.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li għandna niżgura li nirrispettaw il-ġisem uman bil-proċessi kollha nvoluti. Huwa qal li meta f’Malta jmutu madwar 3,400 persuna fis-sena, ma jidhirx li se jkollna bżonn ta’ aktar minn krematorju wieħed. Qal li b’din il-liġi qed nagħtu lok aktar biex nipproteġu l-art li hija ferm skarsa.
//= $special ?>

