Lokali Qorti

Żagħażugħ jinżamm il-ħabs fuq akkużi li ħallas tifel għas-sess

Żagħażugħ ta’ 23 sena baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie akkużat li ħallas tifel ta’ 14-il sena għas-sess u talli qasam miegħu oġġetti pornografiċi ma’ numru ta’ persuni taħt l-eta’.

Alexio Camilleri li ma jaħdimx tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tifel ta’ 14-il sena, li pproduċa materjal pornografiku li jinvolvi tfal taħt l-eta’ u li għamel użu minn kommunikazzjoni elettronika u tagħmir ieħor kontra l-liġi.

Kienu xotti d-dettalji li ngħataw fil-Qorti li jirrelataw mar-reati li seħħew. L-Ispetturi Joseph Busuttil u Stacy Attard qalu fil-Qorti li r-raġel kellu relazzjoni mat-tifel bil-benefiċċji, jiġifieri li jitaqa’ miegħu għas-sess u wara jagħtih is-somm ta’ €220. Allegatament l-akkużat juri lit-tifel xeni ndiċenti u li għamel hekk ma erba’ persuni oħra li huma taħt l-eta’.

L-Avukat Luciano Busuttil, li deher għall-akkużat qal li l-klijent tiegħu mhux ħati u għamel talba għal liberta’ proviżorja. Huwa qal li l-akkużat  jista’ jinżamm taħt  “ house arrest” jekk hemm bżonn.  Huwa talab ukoll biex isem l-akkużat ma jixxandarx, u li anke ma jissemmewx l-allegati vittmi u jekk hemm daqstant relazzjoni fil-qrib bejniethom l-vittma jafu jiġu esposti minħabba l-akkużat.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonijiet, fejn qalet li sa issa hemm ħames persuni taħt l-eta’ li għad iridu jixhdu, bil-possibilita’ li jkunu aktar minn hekk għax hekk qed tindika l-investigazzjoni.

Fuq li ma jixxandarx isem l-akkużat l-Ispettur Busuttil qal li filwaqt li huwa minnu li Camilleri jaf lit-tfal taħt l-eta’, mhumiex daqstant viċini u assoċjati miegħu li se jkunu identifikati. Dawk barra miċ-ċirku żgur li ma jkunux jafu, dawn minn ġewwa ċ-ċirku diġa jafu wara kollox.

L-Ispettur qal li l-akkużat jċempel lit-tfal għas-sess u mal-erba’ l-oħra li għad iridu jixhdu, bidel ir-ritratti magħhom fuq il-medja soċjali. Dan ma jgħinx jekk huwa jitpoġġa taħt “house arrest”, kompla jgħid l-Ispettur.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u anke li ma jissemmiex l-akkużat fejn qalet li ma kienx hemm l-element neċċessarji għal dan skont il-liġi. Ingħad ukoll li l-fatt li l-Pulizija għadha tinvestiga u hemm minn għad irid jixhed, mhuxn propizju li jingħata l-ħelsien mill-arrest.