Sport Sport Ieħor

Iċ-champions lokali tal-futsal Luxol jagħmlu doppjetta bir-rebħ tan-knock-out

(Ritratt: Joe Borg)

Iċ-champions lokali tal-futsal Luxol għamlu doppjetta hekk kif rebħu wkoll il-finali tan-knock-out kontra r-rivali Valletta bl-iskor ta’ 6-2. B’hekk huma nkurunaw staġun mill-aqwa hekk kif rebħu l-finali tal-play-off ukoll kontra Valletta, bi tliet rebħiet minn tliet logħbiet minn possibbiltà ta’ ħames finali.

Kienu Valletta li fetħu l-iskor wara tliet minuti minn Dylan Musu iżda minuta wara Andy Mangion ġab id-draw, b’Luxol jidħlu jistrieħu minn fuq b’gowl ta’ Leanderson Sant’Anna Coriolano.

L-iskor sar 3-1, seba’ minuti fit-tieni taqsima b’xutt li kien imxellef minn Musu, biex 40 sekonda biss wara, Nicola De Re skorja r-raba’ gowl. Celino Alves għamilhom 5-1 ftit anqas minn tmien minuti għat-tmiem, b’Coriolano jagħlaq il-logħba 36 sekonda wara. Lejn it-tmiem, Mohamed Elamari skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Valletta.

Fi tmiem il-logħba, il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris flimkien ma’ Mireille Vella ppreżentaw il-midalji u t-trofew lil Nicola Del Re u Mark Zammit li għollew it-tazza flimkien.

Intant matul din il-ġimgħa wkoll, Tarxien Rainbows kisbu rebħa ta’ 4-0 kontra Pietà Hotspurs fl-aħħar Promotion Play-off.

Tags