Sport Sport Ieħor

Marie Claire Aquilina tibqa’ fil-quċċata fil-kategorija tan-nisa tat-Tour ta’ Malta

Marie Claire Aquilina rebħet l-ewwel tappa tat-Tour ta' Malta

Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens żammet l-ewwel post fil-klassifika ġenerali fil-kategorija tan-nisa ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta. Dan minkejja li spiċċat fir-raba’ post fit-tieni tappa li saret fil-By-Pass ta’ San Pawl il-Baħar.

Fil-Kategorija Elite li kienet tikkonsisti fi 12-il dawra, Matthew Dobbing, Harry Horseman u Josh Copely li huma tal-istess tim, spiċċaw fl-ewwel tlieta b’distakk minimu minn xulxin.

Darryl Maffey rebaħ il-Kategorija tal-Masters qabel ir-rebbieħ tal-1999 Tommaso Galimberti u Dave Mitchison. Etienne Bonello ta’ Team Greens reġa’ spiċċa fir-raba’ għat-tieni jum konsekuttiv.

Fil-Kategorija tal-Juniors, Luke Borg reġa’ spiċċa rebbieħ segwit minn Sean Enriquez u Max Zammit. It-tielet tappa ssir għada s-Sibt fl-10.00am fil-By-Pass ta’ Ħaż-Żebbuġ li se f’dak il-ħin se tkun magħluqa għas-sewwieqa.