Futbol Sport

Newcastle jagħmlu pass kruċjali biex isalvaw posthom fil-Premier League

(Ritratt: Premier League)

Newcastle għamlu kruċjali lejn konferma fil-Premier League għal staġun ieħor meta għat-tieni staġun konsekuttiv għelbu lil Leicester 1-0 fil-King Power Stadium. Huma ddefendew għal ħinijiet twal iżda kienu dixxiplinati u rażżnu l-isforzi ta’ Leicester biex isalvaw ir-riżultat.

Il-gowl li spiċċa biex iddeċieda l-konfront wasal fit-32 minuta bi kross mix-xellug ta’ Matt Ritchie lejn Ayoze Perez li b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ fuq it-tieni lasta ma tax ċans lil Kasper Schmeichel.

Fost l-okkażjonijiet li kellhom fit-tieni taqsima, Leicester marru qrib il-gowl tad-draw fid-79 minuta b’Youri Tielemans jgħaddi tajjeb lejn Jamie Vardy iżda minn pożizzjoni tipika tiegħu, ra x-xutt jgħaddi ftit għoli fuq il-mimduda.