Il-Kamra tal-Kummerċ, il-GRTU u l-MEA esprimew tħassib kbir wara r-rapport pubblikat fit-Times illi kixef kif id-Dipartiment tal-Kuntratti waqqa’ klawsoli importanti f’tender li kien jiswa’ miljuni kbar.
Il-każ imur lura għat-tender li kienet rebħet il-kumpanija X-Clean għat-tindif f’San Vinċenz, fejn kumpanija oħra qed tallega li dan it-tender intrebaħ wara li d-Dipartiment tal-Kuntratti irreveda b’mod “illegali” it-termini tal-public procurement. Il-ksur fir-regoli sar meta f’daqqa waħda ma baqax obligatorju li fit-tender tippreżenta dokumenti li jikkonfermaw li l-kumpanija m’għandiex problemi fil-ħlas ta’ taxxa, bolla u VAT.
Issa, il-kumpanija kompetitriċi Servizi Malta Ltd, permezz tal-avukati tagħha, qed titlob lill-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti sabiex jidħol f’din il-materja u jwaqqaf il-proċess.
Kemm l-MEA u anke l-Kamra tal-Kummerċ qed jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern biex jispjega x’ġara eżatt fir-Residenza San Vinċez de Paul.
Il-GRTU qed titlob illi saħansitra issir investigazzjoni trasparenti fuq dawn l-allegazzjonijiet serjissimi li ħarġu dwar it-tender tat-tindif f’San Vinċenz de Paul.
Il-Kamra tal-Kummerċ fi stqarrija enfasizzat il-bżonn li jkun hemm trasparenza akbar f’dawn il-proċessi, u l-proċess ta’ kompetizzjoni jkun ġust. L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem minn naħa l-oħra esprimiet xokk għal din l-aħbar, u qalet li dawn l-azzjonijiet tal-Gvern qed inaqqru l-fiduċja fost il-komunita’ kummerċjali…b’detriment għal dawk li dejjem josservaw il-liġi.
//= $special ?>