Lokali

Adrian Delia jżur wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Ħaż-Żebbuġ

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara fir-raħal taż Ħaż-Żebbuġ fejn dar diversi djar li fihom bħalissa hemm eżibiti wirjiet mill-isbaħ ta’ statwi u ċenakli marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Adrian Delia żar ukoll il-Każin 12th May fejn fost l-oħrajn kien hemm eżibiti wirjiet artistiċi oriġinali maħduma minn materjal pirotekniku li nħaraq u tpoġġa fuq biċċiet tat-tila. Dawn il-biċċiet artistici figurattivi inħadmu mill-membri ta’ dan il-każin.

Żar ukoll il-każin San Filep fejn kien hemm esibita il-Golgota, u niżel fix-xelter li hemm fl-istess każin.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel żjara oħra fil-Każin ta’ San Ġużepp kif ukoll fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista tal-lokal.Waqt din iż-żjara Adrian Delia kellu wkoll iċ-ċans li jieqaf u itkellem mar-residenti Żebbuġin.

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista għal din iż-żjara kien hemm il-Ko-ordinatur Politiku Jean Pierre Debono kif ukoll għadd ta’ Kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.