Lokali

In-nomini għall-MEPs u l-Kunsilli jiftħu nhar it-Tlieta

Il-Kummissjonarji Elettorali se tibda tirċievi n-nomini ta’ kandidati online għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali mit-Tlieta, 16 ta’ April fid-9.00 a.m. sat-Tnejn, 22 ta’ April, 2019, fis-7.00 p.m. (ħin ta’ Malta). Applikazzjonijiet onlineisiru permezz tal-websitewww.electoral.gov.mt.

Hawnhekk tinstab għajnuna kif għandha ssir applikazzjoni online

Kandidati li jagħżlu li ma jħallsux id-depożitu ta’ disgħin euro (€90) online iridu jassiguraw illi jagħmlu dan bl-idejn sa mhux aktar tard mis-7.00 p.m tat-22 ta’ April.

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw ukoll illi ser jirċievu nomini ta’ kandidati fl-uffiċċji tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, nhar it-Tlieta s-16, l-Erbgħa s-17, il-Ħamis it-18, is-Sibt l-20 u t-Tnejn it-22 ta’ April, 2019, mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m. Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom