Lokali

Inċident stradali fiż-Żejtun

Ritratt: Arkivji

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn persuna ta’ 19-il sena residenti Żejtun u vettura tat-tip Kia Picanto misjuqa minn persuna ta’ 30 sena residenti Żejtun ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa.

Aktar tard, il-persuna ta’ 19-il sena kienet ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-persuni ta’ 30 sena kienet ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.