Lokali

Jinżamm taħt arrest wara li hedded lill-ġenituri tiegħu

Bormliż ta’ 18-il sena nżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li waqt argument familjari hedded lill-ġenituri tiegħu.

Il-każ seħħ tard il-Ġimgħa waranofsinhar fl-appartament fejn jgħix iż-żagħżugħ Joshua Ellul, wara li nqala argument minħabba li l-imputat ried l-perżut fuq ħobż mixwi.

Fil-Qorti ntqal li l-argument eskala minn wieħed verbali għal wieħed fiżiku fejn iż-żagħżugħ hedded lill-ġenituri tiegħu b’mannara li ġab minn fuq il-bejt tal-appartament fejn jgħix u nislilhom biża’.

Fil-qorti, iż-żgħażugħ waqt li beda jibki, beda jgħid ukoll li kemm il-darba kienġie aggredit mill-ġenituri tiegħu.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxijamill-Ispettur Eman Hayman.