Il-politiċi għandhom jitkellmu maż-żgħażagħ dwar affarijiet l-aktar li jinteressawhom, dan sabiex ħafna żgħażagħ jibdew iħarsu lejn il-politiċi b’mod differenti. Hekk intqal waqt laqgħa li saret bejn il-kandidati tal-Parlament Ewropew u żgħażagħ mill-fergħa Team Start PN.
L-Meps tkellmu dwar kif ħafna żgħażagħ mdejqin bil-politiċi minħabba li dawn tal-aħħar ma jisimgħux miż-żgħażagħ. Intqal ukoll li l-vuċi taż-żgħażagħ hija importanti daqs il-vuċi ta’ kulħadd.
Bħala kandidati tal-Parlament Ewropew, qablu li għandom ikunu preżenti għall-attivitajiet li jkunu organizzati miż-żgħażagħ.
Ingħatat ukoll l-importanza kif l-għaqdiet taż-żgħażagħ fil-PN, kemm TeamStart u kemm MZPN għandhom joħolqu entużjażmu fil-Partit Nazzjonalista u għandna nagħtu spazju lil dawk iż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol, li waqfu jistudjaw jew li jaħdmu f’fabbriki.
Matul l-laqgħa ġew indirizzat ukoll diversi suġġetti fosthom x’jistgħu jibbenefikaw iż-żgħażagħ mill-Ewropa, L-issues relatati maż-żgħażagħ li jiltaqgħu magħhom l-MEPs matul il-housevisits kif ukoll suġġerimenti mill-MEPs għall-fergħa TEAM START PN
//= $special ?>