Lokali

Persuna midruba wara waqgħa

Ritratt: Martin Agius

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa fond fi Triq il-Kantilena, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li persuna ta’ 60 sena, residenti l-Iklin, waqgħet waqt kienet tiela’ it-taraġ.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuna l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet ta-Pulizija għadhom għaddejjin