Raġel sofra ġrieħi gravi wara li nqala’ argument matul il-lejl li għadda f’San Pawl il-Baħar.
L-Argument seħħ għall-ħabta tas-1.30a.m. fi Triq it-Tamar bejn raġel ta’ 30 sena min-Niġerja u residenti San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 37 sena min-Niġer u residenti l-Gżira. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li x’aktarx intużat arma li taqta’ u bil-ponta waqt dan l-argument.
Il-persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ir-raġel ta’ 37 sena kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 30 sena kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras kienet informata bil-każ u ħatret xi esperti biex jassistu fl-inkjesta li nfetħet dwar dan il-każ. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>