Sport Waterpolo

Sliema fil-play-offs kontra San Ġiljan wara d-draw ta’ Sirens kontra Exiles

(Ritratt: Joseph Galea)

Ir-rebħa ta’ Sliema Frank Salt fuq Neptunes Leo Vegas kellha bżonn konferma minn riżultat ieħor biex tkun importanti. Bid-draw ta’ 5-5 bejn Exiles Elia Caterers u Sirens Greentube, is-Slimiżi spiċċaw l-ewwel fażi fir-raba’ post u jiltaqgħu fil-play-off kontra San Ġiljan. Neptunes fuq in-naħa l-oħra jilagħbu kontra Valletta.

Ir-rebħa għal Sliema kienet meritata. L-ewwel sessjoni ntemmet 2-2 b’Jake Muscat u Ken Erdogan wieġbu għal gowl inizjali ta’ Liam Galea, iżda l-istess żagħżugħ ġab id-draw għat-tim Slimiż. It-tim ta’ Sergio Afric iddominat t-tieni sessjoni u daħal jistrieħ 5-2 minn fuq b’penalty ta’ Michael Spiteri Staines u doppjetta ta’ Michael Cordina.

Neptunes kellhom jiġru wara l-logħba u resqu l-aktar viċin fl-aħħar sessjoni, bir-riżultat 6-5 favur Sliema wara gowls konsekuttivi minn Matthias Azzopardi u Ken Erdogan. Iżda Michael Spiteri Staines reġa’ kabbar il-vantaġġ minn penalty f’azzjoni li fiha tkeċċa Ken Erdogan, b’Zach Mizzi jagħlaq il-logħba bi ġmiel ta’ backhand.

Fil-logħba l-oħra, Exiles Elia Caterers kisbu l-ewwel punt fl-aħħar impenn tagħhom, f’kampjonat li kien diżappuntanti. Sirens Greentube b’rebħa kienu jidħlu fil-play-offs kontra Sliema. Neqsin għal Sirens għal partita oħra kien hemm John Brownrigg u Jerome Zerafa Gregory.

It-tim minn San Pawl il-Baħar rebaħ l-ewwel sessjoni 2-1 u wara li Aurelien Cousin ġab id-draw fit-tieni sessjoni, doppjetta ta’ Paul Privitera poġġiet lil Sirens 4-2 minn fuq.

Cousin reġa’ naqqas id-distakk iżda Matthew Sciberras ħalla lil Sirens b’vantaġġ doppju. Fl-aħħar sessjoni kienet doppjetta b’gowls intelliġenti ta’ Nicky Paris li ġabet id-draw, b’Exiles ikollhom iċ-ċans għall-gowl tar-rebħa fl-aħħar azzjoni tal-logħba, iżda Cousin ixxuttja f’Nicky Grixti.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Marsaxlokk Brown’s baqgħu mhux megħluba fl-ewwel fażi b’rebħa ta’ 9-7 fuq Birżebbuġa Freeport. Huma spiċċaw punti ndaqs ma’ Marsaskala, iżda minkejja din ir-rebħa x-Xlukkajri spiċċaw fit-tieni post, minħabba li r-rebħa tagħhom kienet inferjuri minn dik kontra Birżebbuġa.

Wara li l-ewwel sessjoni ntemmet 2-2, Marsaxlokk ħadu vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni iżda Birżebbuġa rkupraw, madankollu kien Matteo Cacici li daħħal lil Marsaxlokk jistrieħu 5-4 minn fuq. Ix-Xlukkajri reġgħu kisbu vantaġġ doppju fit-tielet sessjoni, iżda din id-darba Birżebbuġa ma rkuprawx minnu, bit-tim ta’ Joe Cremona jissiġilla r-rebħa fl-aħħar sessjoni.

NEPTUNES LEO VEGAS……. 6 SLIEMA FRANK SALT………. 8

(2-2), (0-3), (1-1), (3-2)

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan (2), G. Pace (1), S. Gialanze, J. Farrugia, J. Muscat (1), S. Busuttil, J. Abela, N. Zammit, S. Stellini, M. Azzopardi (2), B. Busuttil, M. Castillo, A. Fenech

Sliema: M. Vassallo, E. Schembri, L. Galea (2), J. Pace Mizzi, M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines (2), C. Cutajar, M. Cordina (2), D. Rizzo, Z. Mizzi (2), N. Bugelli, M. Farrugia, M. Muscat, J. Cutajar

Referees: Mario Dalli, Stefan Licari

EXILES ELIA CATERERS…….. 5 SIRENS GREENTUBE…………. 5

(1-2), (1-2), (1-1), (2-0)

Exiles: M. Castillo, C. Von Brockdorf, A. Magri, M. Stellini (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris (2), A. Cousin (2), B. Lanzon, P. Paris, S. Apap, M. Martin

Sirens: N. Grixti, J. Ciantar, E. Aquilina, P. Privitera (2), M. Grech, G. Farrugia, G. Mellilo, I. Riolo (1), J. Napier, Z. Bartolo, L. Caruana, M. Sciberras (2), O. Gauci, M. Bonnici, L. Galea

Referees: Alex De Raffaele, Peter Balzan

L-EWWEL DIVIŻJONI

MARSAXLOKK BROWN’S…… 9 BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 7

(2-2), (3-2), (2-2), (2-1)

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi (2), L. Calleja, M. Martellacci (1), T. Agius (2), L. Saliba, J. Galea, M. Pace, S. Micallef, R. Scerri (1), M. Cacici (1), O. Zammit (1), F. Buhagiar, K. Galea, M. Rizzo

Birżebbuġa: A. Bugeja, Z. Farrugia Seychell, N. Cassar (1), D. Pace Lupi (1), C. Mifsud (1), R. Spiteri (1), S. Vassallo (2), D. Cutajar, J. Bajada (1), M. Cutajar, M. Borg, L. Borg, D. Spiteri, J. Cremona

Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan