Sport Sport Ieħor

Divonne tnaqqax isimha fuq it-Tazza San Franġisk

Kenneth Vella

Misjuqa minn sidha stess Steve Grixti, il-Franċiża Divonne rebħet it-tiġrija ewlenija li saret il-bieraħ wara nofsinhar fil-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mit-tmintax -il laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Il-kwotat Diego JYL (Jason Zahra) kien wieħed mill-aktar żwiemel b’saħħithom wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel battuti fetaħ vantaġġ żgħir minn Divonne (Steve Grixti) u Enjos TS (Stephen Vassallo).

Diego JYL okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza, sakemm din il-finali ħadet svolta oħra fid-dritta finali meta ż-żiemel ta’ Zahra ġie attakkat serjament minn Divonne. Kienet Divonne li temmet rebbieħa b’Enjos TS u Panda Des Fleches (Clayton Magri) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Fi tmiem il-finali, Fr Mario Attard, il-moħħ wara l-organizzazzjoni ta’ dan il-kampjonat, ippreżenta x-shield lil Steve Grixti, li barra li hu s-sewwieq, huwa wkoll is-sid tad-debba rebbieħa. Dan fil-preżenza ta’ Joe Zerafa, uffiċjal tal-Malta Racing Club. Ta’ min wiehed jinnota li din kienet l-ewwel rebħa ta’ Divonne f’pajjiżna u l-ewwel suċċess ta’ Steve Grixti fil-karriera tiegħu. 

Il-laqgħa tal-bieraħ inkludiet ukoll iż-żewg semi finali mit-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Minn dawn tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Fl-ewwel waħda, l-Iżvediż Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) mar quddiem f’nofs id-distanza.

Dan okkupa l-ewwel post sal-linja finali u rnexxielu jieħu t-tielet rebħa tiegħu wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Upman (Noel Baldacchino) u I Won’t Dance (Clint Vassallo). Ultra De Vindecy (Rodney Gatt), Paparazzi (Mark Bonnici) u Tallien (Melvin Farrugia) għaddew ukoll għall-finali.

Axel Tilly (Julian Farrugia) akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta fit-tieni semi-finali mill-istess kompetizzjoni. Dan kien il-ħin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul u nofs vantaġġ quddiem Up And Go (George Attard), Un Carless Blue (Noel Baldacchino) u Uttingeois (Herman McKay). Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia) u Uno Dancer (Charles Camilleri) kienu l-aħħar żwiemel li kkwalifikaw għall-aħħar fażi.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Demeter Tege (R. Delceppo) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Oleggio (B. Camilleri) 3. Divine Brillouard (M. Debono) 4. Classic Toll (A. Farrugia)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Vaillant Marceaux (J. Zammit) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Sirocco De Line (N. Spiteri) 3. Altesse Atout (A. Farrugia) – Julle Juvel (M. Bonnici)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dreamed Victory (J. Zahra) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Don Quichotte (W. Borg) 3. Jezira (C. Camilleri) 4. Ukase Du Ravary (N. Baldacchino)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Tom Des Rivieres (C. Calleja) Hin – 2.44.7” (1.16.9”) 2. Thoury Le King (M. Ellul) 3. Uppy De Vive (J. Carabott) 4. Uranium Jiel (I. Stivala)

V Tiġrija. Finali Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Divonne (S. Grixti) Hin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Enjos TS (S. Vasssallo) 4. Panda Des Fleches (C. Magri)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Urgo d’Ouxy (J. Said) Hin – 2.48.7” (1.18.8”) 2. Titan Des Tincques (C. Calleja) 3. Sabacan Savage (Sh. Portelli) 4. Alexia Des Mires (P. Galea)

VII Tiġrija. Semi Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1.  Sandsjons Revenue (C. Camilleri) Hin – 3.17.7” (1.14.9”) 2. Upman (N. Baldacchino) 3. I Won’t Dance (C. Vassallo) 4. Ultra De Vindecy (R. Gatt) 5. Paparazzi (M. Bonnici) 6. Tallien (M. Farrugia)

VIII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quickspin (J. Farrugia) Hin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Caballo Du Valbrio (R. Gatt) 3. Lillen Sisu (J. Briffa) 4. Artagnan Du Bois (Ch. Gauci) 

IX Tiġrija. Semi Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1.  Axel Tilly (J. Farrugia) Hin – 3.18.6” (1.15.2”) 2. Up And Go (G. Attard) 3. Un Carless Blue (N. Baldacchino) 4. Uttingeois (H. McKay) 5. Un Amour Du Pont (A. Farrugia) 6. Uno Dancer (C. Camilleri)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Charm Blou (R. Gatt) Hin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Valseur Jarzeen (Ch. Debono) 3. Blueberry De Couet (W. Spiteri) 4. A Trois De Botz (M. Cauchi)