Formula 1 Sport

Hamilton jegħleb lil Bottas fiċ-Ċina

Hekk kif il-Formula 1 kienu qed jiċċelebraw l-elf tellieqa, Lewis Hamilton spiċċa qabel sieħbu Valtteri Bottas hekk kif il-Mercedes assiguraw it-tielet “one-two” minn daqstant tlielaq fil-bidu tas-sena 2019. Din kienet ġurnata fejn il-Ferrari ma kellhomx risposta għas-Silver Arrows, hekk kif Sebatian Vettel spiċċa fit-tielet post fuq il-podium. 

Ir-rebħa ta’ Hamilton tfisser li issa Shanghai jingħaqad ma’ Hungaroring u ċ-ċirkwit Gilles Villeneuve fil-lista ta’ ċirkwiti fejn Hamilton rebaħ sitt tlielaq. Wara l-koppja tal-Mercedes, il-pożizzjoni ta’ Vettel għal fuq il-podjum kienet aċċertata meta t-tim tal-Ferrari, Charles Leclerc, beda jingħata diversi ordnijiet, biex dan iż-żagħażugħ, wara li kważi kien spiċċa biex rebaħ fil-Bahrain, temm biss fil-ħames post wara Max Verstappen tar-Red Bull.

Fis-sitt post spiċċa Pierre Gasly, li bidel għal sett tyres ġodda żewġ dawrien mit-tmiem biex għenuh jieħu punt żejjed għax għamel l-aktar lap “fast”. Daniel Ricciardo tar-Renault irnexxielu għall-ewwel darba jispiċċa ttellieqa biex l-Awstraljan spiċċa fis-seba’ post. Huwa spiċċa qabel Sergio Perez. Sadanittant tellieqa tajba kellu wkoll Kimi Raikkonen tal-Alpha Romeo li spiċċa fid-disa’ post. 

Alexander Albon għamel waqfa waħda biex spiċċa l-10 post wara li żamm warajh lil Romain Grosjean.  Minkejja li Bottas u Vettel  kienu fi klassi għalihom fil-kwalifikazzjoni, Hamilton ħareġ b’saħħtu mill-ewwel u mar fil-vantaġġ li żammu sat-tmiem