Lokali

Il-Knisja tiċċelebra Ħadd il-Palm

Il-Knisja Kattolika se tati bidu għall-aktar tmint ijiem importanti fil-kalendarju liturġiku: il-Ġimgħa Mqaddsa. Illum se ssir iċ-ċelebrazzjoni li tfakkar id-dħul ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm biex itemm il-misteru tal-Għid.

Ħadd il-Palm jimmarka l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa.  F’kull parroċċa issir ir-rit tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ qabel iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa prinċipali.

Mistenni bħal kull sena l-messaġġ tal-Papa Franġisku hekk kif għall-ħabta ta’ nofsinhar se jkun qed jiċċelebra din il-festa fil-Vatikan.