Il-prezz tal-kirjiet dejjem ogħla, li issa laħħqu livelli li ħafna Maltin ma jifilħuhomx, hu l-ikbar tħassib b’mod speċjali fost iż-żgħażagħ.
Stħarriġ li sar minn MaltaToday juri kif 95.1% tal-Maltin, jiġifieri kważi kull min wiegħed, jiddikjaraw li l-għoli fil-kirjiet hi problema nazzjonali.
Fost l-iktar li jqisu li din hi problema personali, hemm dawk ta’ eta’ bejn it-18 u l-35 sena, jiġifieri ż-żagħżagħ f’pajjiżna u li allura jkunu waslu biex jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Din hi problema b’mod speċjali meta wieħed iqis studji oħra li ħarġu fl-aħħar jiem u li juri li fi żmien sentejn, il-prezz tal-proprjetà f’Malta żdied bi kważi 50% bil-konsegwenza li m’għadux possibbli li persuni li jaqilgħu paga medja jiksbu self diċenti mill-bank biex isiru sidien ta’ djarhom.
Bil-kirjiet li huma l-unika soluzzjoni li jifdal għal min ma jiflaħx jixtri proprjetà, imma meta wieħed iqis li l-Maltin lanqas għadhom jifilħu l-prezz tal-kirjiet, dan iwassal biex il-Maltin ma fadlilhomx għażla oħra fejn jgħixu.
Hu fatt magħruf, minn statistika Ewropea, li pajjiżna għandu fost l-ogħla eta’ medja ta’ żgħażagħ li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri l-iktar fit-tul.S’issa l-Gvern Soċjalista għadu ma sabx soluzzjoni għal din il-problema, b’White Paper maħruġa sitt xhur ilu li ma mmaterjalizzatx fl-ebda liġi.
//= $special ?>
