Għexieren ta’ immgiranti li kienu qed jgħixu fi blokka ta’ appartamenti f’Ħal Qormi diġa’ nħelsu kważi kollha wara li ġew arrestati waqt rejd li sar mill-Pulizija.
Net News żar il-post fejn seħħ ir-rejd, fejn stajna nnnutaw sfrakass sħiħ b’bibien mifqugħa u tkissir, tant li jidher li anke l-Pulizija stess spiċċaw feruti huma u jifqgħu l-bibien. Net News tkellem ma’ wieħed mill-immigranti, li wriena d-dokumenti li jixhdu li għandu permess jibqa’ f’pajjiżna għal ġimgħa u nofs oħra.
Jispjega li waqt li kien rieqed, grupp ta’ persuni li wara skopra li kienu Pulizija daħlu fuqhom u jgħid li kissru kullimkien minkejja li m’offrewx reżistenza.
Ħafna mill-immigranti jinsabu f’pajjiżna b’permess temporanju maħruġ mill-Italja, li jtihom id-dritt jgħixu f’Malta għal tliet xhur, iżda mhux jaħdmu.
F’uħud mill-każi, dawk li tgħabbew fil-vetturi tal-Pulizija wara r-rejd, u ttieħdu lejn id-Depot għal iktar investigazzjonijiet, kellhom permess ikunu f’Malta. Tant hu hekk li ftit tal-ħin wara r-rejd dawn reġgħu lura fl-appartamenti tagħhom.
Sadattant jirriżulta li l-Pulizija arrestaw tnejn mill-immigranti l ippruvaw jaħarbu billi qabżu fuq il-bjut tal-ġirien.
//= $special ?>