Lokali

M’intix waħdek li ma stajtx tuża’ Facebook

Facebook ma kienx aċċessibli f'diversi pajjiżi madwar id-dinja.

Diversi persuni ma kellhomx aċċess għal diversi midja soċjali hekk kif kien hemm xi ħsarat tekniċi.

Il-midja soċjali li kienu affetwati huma Facebook, Messenger, Instagram u Whatsapp li jidher li kienu ilhom mhux aċċessabli minn iktar kmieni dalgħodu.

Malta wieħed mill-pajjiżi affetwati

Is-sit elettroniku ‘Down Detector’ irreġistra ‘il fuq minn 14,000 rapport minn persuni li rraportaw li Facebook mhux jaħdem. Skont dan l-istess sit, dawn il-problemi tekniċi m’affetwawx biss lil persuni li jgħixu f’pajjiżi Ewropew, iżda wkoll fl-Istati Uniti, l-Afrika u partijiet mill-Asja.

Iż-żoni li ġew affetwati

Dawk kollha li ma setgħux jaċċessaw dawn l-erba’ siti ddeċidew li jużaw Twitter biex jgħidu li huma wkoll ġew affetwati filwaqt li ntużat il-hashtag #facebookdown mat-tweets.

Diversi persuni qiesu ruħhom li marru lura fiż-żmien filwaqt li ma kienux jafux x’se jaqbdu jagħmlu. Oħrajn għaddew kummenti umoristiċi, fosthom li wasal iż-żmien li nerġgħu nibdew nużaw ir-radju u saħansitra l-ħamiem biex jitwasslu l-messaġġi.

S’issa għad m’hemmx avviżi dwar ir-raġuni għala dawn is-siti elettroniċi m’humiex aċċessabli iżda jidher li kollox mar lura għan-normal.