Raġel ta’ 43 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-20:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq il-Kunvent kantuniera ma Triq Santa Tereża f’Ħaż-Żabbar.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lill-persuna ta’ 43 sena li kien qed isuq Skoda Citigo l-isptar wara li ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ix-xufier tal-karozza l-oħra, Renault Clio u li għandu 54 sena ttieħed ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-distrett.
//= $special ?>